Reference: 664/2001/1

Judgement Details


Date
10/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SANT ALFRED DR vs MIKALLEF JOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIBELL, ANIMUS INIURIANDI - LIBELL, ASSOCJAZZJONI TAL-LIBELLAT MA` TERZI - LIBELL, BUONA FEDE TAL-LIBELLANT - LIBELL, FAIR COMMENT - LIBELL, KARIKATURA - LIBELL, KIF IRID ISIR L-EZAMI TAL-ARTIKOLU INKRIMINAT - LIBELL, LIBELL FAMUZ - LIBELL, PARAGUN TAL-LIBELLAT MA` TERZI - LIBELL, QARREJ ORDINARJU
Summary
Karikatura certament tirrientra fit-tifsira li l-Att imsemmi bl-Artikolu 2 jaghti lill-kelma "stampat" u effettivament persuna tista` tigi assoggettata ghal libell permezz ta` karikatura.

Mhuximportanti li wiehed jara x'kellu f'rasu l-awtur tal-istampat jew jara kellux 'animus injuriandi' imma dak li hu mportanti hu li wiehed jara x'jifhem il-qarrej ordinarju u ta' intelligenza normali meta jaraha.

B'qarrej ordinarju wiehed necessarjament jifhem dak li fid-dottrina Ingliza jissejjah "right thinking person". Persuna li ma toqghodx tissottolizza imma tifhem il-kliem jew stampat iehor fit-tifsira naturali u ordinarja taghhom, jigifieri skond it-tifsira li biha persuni ragjonevoli ta` intelligenza ordinarja, bl-gharfien generali u bl-esperjenza ta` l-affarjiet mondani ta` persuni ordinarji, kienu x'aktarx ser jifmuhom.

Dedotti mill-istampat hemm imbaghad l-inferenzi liqarrej ragjonevoli gwidat, mhux minn xi gharfien specali, izda minn gharfien generali u mhux imxekkel b`regoli stretti ta` interpretazzjoni, kien ser jaghmel.

It-tifsira li ghandha tinghata lill-istampat ghandha tigi determinata b`ezami oggettiv, jigifieri, bit-tifsira li ragel ordinarju u regjonevoli kien ser jifhimhom.

L-paragun ta' persuna ma' "any odious, disreputable or contemptible person" hu libelluz. Hekk il-kazistika gudizzjarja toffri l-ezempji ta' paraguni libelluzi ma' Guda, Shylock etc.

Huwa minnu li persuna li tokkupa kariga politika hi esposta ghal kritika. Kitba anke harxa u skomda. Dejjem pero' fil-parametri accettati tad-dicenza permissibbli f'socjeta' demokratika. Infatti gie espress illi "l-ingurja fil-kamp politiku jew sindakali huwa dak li normalment ma jirrikjedix dak il-grad ta' protezzjoni li hemm bzonn f'attivitajiet socjali ohra".

Stampa responsabbli hija kienet obbligata wkoll illi entro l-limiti stabbiliti, topera bir-rispett xieraq tal-persuni li jattiraw l-attenzjoni taghha bhala oggett ta' kritika jew kumment.

Bhala konsegwenza dan iwassal ghall-osservazzjoni li ma jistax ikun accettat illi taht il-parvenza tal-'fair comment' il-kumment isir semplici invettiva jew abbuz.

Dwar x'jikkostitwixxi "comment" u x'jikkostitwixxi "fair", jinghad li l-kritika ma tkunx "fair" jekk tkun tali li kwalsijasi "fairman" huma kemm huma ostinati u ezagerati l-veduti tieghu ma kienx ser jikteb dik il-kritika. Id-difiza tal-fair comment taqa` jekk il-fatti li fuqhom tkun bazata ma jkunux veri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info