Referenza: Volum 34B (1950), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 459

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/1950
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
JOSEPH AGIUS vs GIUSEPPE GATT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CENS - INGANN - KERA - PROMESSA TA` BEJGH
Fil-Qosor
It-tifhir tax-xorta tal-haga mibjugha, li jaghmel il-bejjiegh lix-xerrej, u l-weghdi ta' vantaggi jew profitti li jaghmillu biex ihajru jersaq ghall-kuntratt tax-xiri, ma humiex kunsidrati bhala kondizzjonijiet li minnhom tista' tiddependi l-kontrattazzjoni, meta -realta' tal-fatti tista' tigi facilment mikxufa mix-xerrej, sakemm ma jkunx hemm dolo jew frode min-naha tal-bejjiegh. Il-fatt li l-bejjiegh ikun iddikjara lix-xerrej kemm huwa l-kera attwali tal-fondi li jiffurmaw l-oggett tal-promessa ta' bejgh, minghajr ma gharrfu li hemm kawza pendenti quddiem il-Board tal-Kera biex jigi stabbilit il-kera xieraq ta' dawk il-fondi, ma huwiex raguni tajba biex ix-xerrej ma jersaqx ghall-kuntrattdefinitiv tal-bejgh; u dan avvolja l-imsemmi Board ikun stabbilixxa l-kera xieraq tal-fondi f'ammont inferjuri ghal dak li gie dikjarat mill-bejjiegh fl-att tal-konvenju. Lanqas jista' x-xerrej jirrifjuta li jersaq ghall-kuntratt tal-bejgh fuq il-motiv li l-fond jirrizulta li huwa suggett ghal cens izghar minn dak li gie dikjarat fil-ftehim; ghax il-venditur jista' jimponi fuq il-fond cens iehoru jbieghu bhala suggett ghal cens li jidhirlu hu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni