Reference: Volume 33G (1949), Part No. 4, Section , Page 881

Judgement Details


Date
06/06/1949
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs MANWEL GRIXTI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"AUDI ALTERAM PARTEM" - APPELL - ART. 427 TAL-KODICI KRIMINALI - DIGRIET - KORREZZJONI - NULLITA' - PIENA
Summary
Digriet interlokutarju huwa pronuncjament li jigi moghti fil-kors tal-kawza u li ma jipprekludix il-kontinwazzjoni tal-gudizzju. Ghaldaqstant digriet moghti wara s-sentenza ma hux digriet interlokutorju, u ghalih mhix applikabili r-regola illi ma jistax jigi appelat hlief wara u flimkien mas-senenza definittiva. Meta jsir appell minn digriet moghti wara s-sentenza, l-appellant ma ghandux bzonnjesponi l-fattijiet ta' l-imputazzjoni fir-rikors ta' l-appell. Meta huwa jesponi l-fattijiet relativi ghal dak id-digriet, huwa issoddisfa l-vot tal-ligi, u r-rikors ta' l-appell ma jigix null billima jkunx fih il-fatti tal-kawza fil-qosor. Digriet li jigi moghti wara s-sentenza huwa null jekk jigi moghti minghajr ma l-impuat ikun jaf b'xejn x'qieghed isir; ghax l-ghoti ta' digriet f'dawn ic-cirkostanzi jivvjola zewg regoli fondamentali fil-materja, jigifieri dik illi l-imputat ghandu jkun prezenti fil-proceduri kollha li jsiru kontra tieghu, u l-ohra illi ghandu jigi rispettat il-principju "audi alteram partem". Barra minn dan, digriet simili li jkun biddel dik il-parti tas-sentenza litaghti l-piena huwa null ukoll ghar-raguni illi dik ir-riforma ma tistax, issir hlief permezz ta' appell fil-forma li trid il-ligi. U dan lanqas jekk is-sentenza tkun ekwivoka : ghaliex ebda dispozizzjoni ma hemm fil-ligi kriminali li tawtorizza lill-Qorti, fuq rkors ta' l-interessati, tikkoregi espressjonijiet li ma jkunux cari. Il-fatt li bl-annullament tad-digriet li jkun irriforma s-sentenza dik is-sentenza tigi inezegwibili mhux raguni tajba biex ma jigux applikati l-principji hekk imfissra. Fil-kaz prezenti, l-imputat gie kundannat ghall-piena li kellha tigi skontata f'Dar ta' Korrezzjoni. L-Attorney General talab b'rikors il-korrezzjoni ta' dik is-sentenza fis-sens illi jigi mibdul il-post fejn kellha tigi skontata l-piena, billi Djar ta' Korrezzjoni f'Malta ma hemmx. Il-Qortippovdiet ir-rikors billi ordnat illi l-piena tigi skontata fil-Juvenile section tal-Habs ta' Kordin,u dan minghajr l-imputat lanqas ma gie biss notifikat. Fl-appell dak id-digriet gie annullat b'applikazzjoni tal-principji fuq esposti; avvolja b'hekk is-sentenza ta' l-Ewwel Qorti baqghet li ma tistax tigi esegwita.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info