Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 358

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/09/1998
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VELLA PATRICK
Partijiet
IL-PULIZIJA vs JOHN AZZOPARDI U ANDY CALLEJA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITT TA' APPELL TA' L-AVUKAT GENERALI - PIENA - REAT KONTINWAT
Fil-Qosor
L-artikolu 18 tal-Kodici Kriminali jipprovdi li fil-kaz ta` reat kontinwat il-piena tista` tizdied minn grad sa zewg gradi u mhux necessarjament ghandha hekk tizdied. Fi kliem iehor jispetta ghall-gudikant fil-kaz konkret li jidecidi jekk ghandux ikun hemm iz-zieda ta` grad jew tnejn fil-piena. Fejn il-legislatur ried lil-gudikant ma jkollux diskrezzjoni jekk ghandux ikun hemm iz-zieda jew le, il-lokuzzjoni adoperata hi f'termini imperattivi. Sabiex appell ta` l-Avukat Generali (jew tal-kwerelenat fil-kazijiet imsemija fl-artikolu 373) jirnexxi a bazi ta` l-artikolu 413 (1) (b) (iii) tal-Kodici Kriminali, irid jirrizulta li l-piena moghtija mill-Qorti Inferjuri kienet ta` xorta differentiminn dik stabbilita fil-ligi (ez. inghata multa meta l-ligi tippreskrivi prigunerija, jew inghata ammenda meta l-ligi tippreskrivi multa), jew li l-piena kienet taht il-minimu ta` dak li tippreskrivil-ligi, jew ma giex applikat korrettement, jew ma setax jigi applikat, l-artikolu 21 tal-Kodici Kriminali. Fi kliem iehor, l-Avukat Generali ma jistax jinvoka l-artikolu 413 (1) (b) (iii) biex jikkontesta d-diskrezzjoni legittimament imhollija f'idejn l-Ewwel Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni