eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 21/1997/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
04/10/2006
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
ABELA FRANCESCA ET vs MICALLEF CARMELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
ABELA FRANCESCA ET vs MICALLEF CARMELO - 21/1997/1 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), BORDIJIET
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
KIRI TA RABA - SULLOKAZZJONI
Fil-Qosor
B'rikors intavolat quddiem il-Bord Dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba fid-9 ta' Gunju, 1997 ir-rikorrenti ahwa Abela ippremettew illi huma jikru lill-intimat ir-raba mlaqqam Tax-Xurraf limiti tas-Siggiewi konsistenti f'wiehed u erbghin tomna u/jew issulloka r-raba de quo lil terzi u dan minghajr il-kunsens tas-sidien; illi wkoll l-intimat halla l-istess raba fi stat traskurat u dan relattivamentghall-hitan u razzett sitwat fir-raba, u b'hekk gie li kiser il-kundizzjonijiet lokatizji; illi inoltre r-raba de quo ma huwiex fonti importanti ghall-ghixien tal-intimat. Dan premess ir-rikorrenti talbu li l-Bord Dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba joghgbu jawtorizzahom jirriprendu pussess lura tar-raba de quo, salv kull dritt ta' kumpens ghall-benefikati talvolta dovut lill-intimat; bl-ispejjez.
Il-Bord wasal ghall-konkluzjoni li l-intimat wettaq sullokazzjoni minghajr il-kunsens tas-sidien, laqa' t-talba tar-rikorrenti u awtorizzahom jergghu jiehdu f'idejhom ir-raba u ghall-ghan tat-tkeccija ta' zmien tlett xhur mid-data tas-sentenza u finalment ordna li l-ispejjez jithallsu mill-intimati. L-intimati hassew ruhhom aggravati bis-sentenza u appellaw.
Mill-provi processwalijirrizulta li Filippo Abela, awtur tar-rikorrenti, kien, b'diversi kuntratti, akkwista l-proprjeta`tar-raba. B'dana kollu l-istess Filippo Abela kien ippermetta lill-persuni li kienu qed jahdmu r-raba fid-data tal-akkwist, sew jekk kienu l-vendituri, sew jekk kienu inkwilini, li jibqghu jokkupaw l-istess raba u jahdmuh minghajr ma jhallsu ebda kumpens bil-patt u kundizzjoni li jekk huwa jkun irid jiehu pussess tar-raba dawn jikkonsenjaw l-istess raba lilu.
Mic-cirkostanzi kollha tal-kaz jidher li effettivament Carmelo Micallef ghamel sullokazzjoni ta' partijiet mir-raba in kwistjoniu dana minghajr l-kunsens tas-sid u ghalhekk din il-Qorti tal-Appell ma tarax ilghala ghandha tiddisturba l-konkluzzjoni raggunta mill-Bord.
Ghaldaqstant, l-appell qed jigi michud u s-sentenzaappellata kkonfermata bl-ispejjez ta' din l-istanza kontra l-intimati appellanti, b'dana li it-terminu ta' tlett xhur ghat-tkeccija jibda mid-decizjoni ta' din is-sentenza.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta