Reference: 21/1997/1

Judgement Details


Date
04/10/2006
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
ABELA FRANCESCA ET vs MICALLEF CARMELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KIRI TA RABA - SULLOKAZZJONI
Summary
B'rikors intavolat quddiem il-Bord Dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba fid-9 ta' Gunju, 1997 ir-rikorrenti ahwa Abela ippremettew illi huma jikru lill-intimat ir-raba mlaqqam “Tax-Xurraf” limiti tas-Siggiewi konsistenti f'wiehed u erbghin tomna u/jew issulloka r-raba de quo lil terzi u dan minghajr il-kunsens tas-sidien; illi wkoll l-intimat halla l-istess raba fi stat traskurat u dan relattivamentghall-hitan u razzett sitwat fir-raba, u b'hekk gie li kiser il-kundizzjonijiet lokatizji; illi inoltre r-raba de quo ma huwiex fonti importanti ghall-ghixien tal-intimat. Dan premess ir-rikorrenti talbu li l-Bord Dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba joghgbu jawtorizzahom jirriprendu pussess lura tar-raba de quo, salv kull dritt ta' kumpens ghall-benefikati talvolta dovut lill-intimat; bl-ispejjez.

Il-Bord wasal ghall-konkluzjoni li l-intimat wettaq sullokazzjoni minghajr il-kunsens tas-sidien, laqa' t-talba tar-rikorrenti u awtorizzahom jergghu jiehdu f'idejhom ir-raba u ghall-ghan tat-tkeccija ta' zmien tlett xhur mid-data tas-sentenza u finalment ordna li l-ispejjez jithallsu mill-intimati. L-intimati hassew ruhhom aggravati bis-sentenza u appellaw.

Mill-provi processwalijirrizulta li Filippo Abela, awtur tar-rikorrenti, kien, b'diversi kuntratti, akkwista l-proprjeta`tar-raba. B'dana kollu l-istess Filippo Abela kien ippermetta lill-persuni li kienu qed jahdmu r-raba fid-data tal-akkwist, sew jekk kienu l-vendituri, sew jekk kienu inkwilini, li jibqghu jokkupaw l-istess raba u jahdmuh minghajr ma jhallsu ebda kumpens bil-patt u kundizzjoni li jekk huwa jkun irid jiehu pussess tar-raba dawn jikkonsenjaw l-istess raba lilu.

Mic-cirkostanzi kollha tal-kaz jidher li effettivament Carmelo Micallef ghamel sullokazzjoni ta' partijiet mir-raba in kwistjoniu dana minghajr l-kunsens tas-sid u ghalhekk din il-Qorti tal-Appell ma tarax ilghala ghandha tiddisturba l-konkluzzjoni raggunta mill-Bord.

Ghaldaqstant, l-appell qed jigi michud u s-sentenzaappellata kkonfermata bl-ispejjez ta' din l-istanza kontra l-intimati appellanti, b'dana li it-terminu ta' tlett xhur ghat-tkeccija jibda mid-decizjoni ta' din is-sentenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info