Reference: 47/2005

Judgement Details


Date
12/01/2006
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
STEPHENS MARK CHARLES KENNETH vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 412 B TAL-KODICI KRIMINALI - ARTIKOLU 7 TAL-KONVENZJONI EWROPEA - DRITT GHAL-LIBERTA - GIRISDIZZJONI TAL-QRATI - LEGALITA TA ARREST
Summary
Ir-rikorrent jinsab ghaddej proceduri kriminali kontrih quddiem il-Qrati Maltin. Wahda mid-difiza tieghu quddiem dawk il-Qrati hi li l-istess Qrati Maltin m'ghandhomx gurisdizzjoni jiddeliberaw fuq il-kaz tieghu. Il-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti Istruttorja qieset li hemm ragunijiet bizzejjed biex r-rikorrent jitqieghed taht att ta' akkuza, pero', fl-istess digriet astjeniet milli tiehu konjizzjoni tal-eccezzjoni minnu mressqa dwar il-gurisdizzjoni tal-Qrati Maltin. Dik il-Qorti kienet astjeniet wara li qieset li hi mhux kompetenti tiddeciedi fuq tali eccezzjoni, izda hija materja riservata ghall-Qorti Kriminali fil-kompetenza taghha adgudikatoria. Ir-rikorrent jilmenta li dinid-decizjoni tilledi d-drittijiet tieghu sanciti bl-artikolu 5(3)(4) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-Bniedem, u eventwalment tal-artikolu 7 tal-istess Konvenzjoni.

L-argument tar-rikorrenti hu li bid-decizjoni tal-Qorti Istruttorja li tastjeni milli tiddeciedi l-eccezzjoni ta'nuqqas ta' gurisdizzjoni, hu gie mcahhad mil-liberta' tieghu. Din il-Qorti ma taqbilx ma dan l-argument. Persuna li titressaq quddiem Qorti taht arrest, ghandha d-dritt tikkontesta l-validita' tal-arrest u tad-decizjoni tieghu quddiem dik l-istess Qorti. Dik il-persuna ghandha ukoll ikollha d-dritt li titlob lil dik l-istess Qorti taghtih il-helsien mill-arrest, u dik l-istess Qorti ghandha jkollha l-poter, dak il-hin li titressaq taht arrest, li tordna l-helsien mill-arrest jew anke tichadtali talba. Dan mhux kontestat, izda r-rikorrent jallega li la darba l-Qorti Istruttorja ma tistaxtiddeciedi fuq jekk il-Qrati Maltin ghandhomx gurisdizzjoni jisimghu l-kaz, dik l-istess Qorti qed tigi impeduta milli effettivament tindaga fuq il-legalita' tad-detenzjoni tieghu.

Din il-Qortitara li meta Qorti, li quddiema persuna tingieb taht arrest, ghandha l-poter tindaga fuq il-legalita' tal-arrest, dan ma tridx taghmlu billi tezamina l-meritu nnifsu tal-kaz. Kull eccezzjoni sollevata mill-akkuzzat tista' twassal ghall-helsien tieghu, pero', dan irid isir wara li jinstemgha l-process gudizzjarju kollu. Il-Qorti li quddiema titressaq persuna taht arrest, trid tara jekk proceduralment l-arrest kienx validu, misthoqq u skont il-ligi, u wara tara jekk ghandhiex tordna l-helsien tieghu fuq bail.

Meta tinbeda l-kumpilazzjoni tal-provi quddiem il-Qorti Istruttorja, l-iskopta' dak l-istadju hu biex jingabru l-provi li jressaq l-Avukat Generali u, jekk irid, tad-difiza; mhux kompitu ta' dik il-Qorti li tiddeciedi htija o meno. Dik il-Qorti ma tidholx fil-meritu tal-kazli hu riservat ghall-Qorti ta' kompetenza kriminali, li quddiema ghandhom jigu trattati eccezzjonijiet ta' natura legali. Jekk il-kaz idum ma jingieb quddiem il-Qorti Kriminali, jew jekk il-processta' decizjoni fuq l-eccezzjoni ta' gurisdizzjoni, idum ma jigi determinat, jista', occorrendo, ikunhemm ksur tal-artikolu 6 tal-istess konvenzjoni minhabba “dewmien” zejjed, imma l-fatt li decizjonijiet legali huma riservati bil-ligi ghat-tieni stadju tal-process, flok l-ewwel, mhux per se ksur tal-konvenzjoni ewropea.

Il-fatt li l-Qorti inkarigata mill-kumpilazzjoni tal-provi ghandha l-poter tiddecidi fuq jekk hemmx ragunijiet bizzejjed biex l-akkuzat jitqieghed taht att tal-akkuza, majfissirx li hi ghandha tezamina kwistjonijiet ta' natura legali marbuta mal-kaz. Sa dak il-mument ma jkunx hemm att ta' akkuza formali, u kwindi ma tistax tidderimina kwistjonijiet legali marbuta mal-akkuza li tkun ghad trid tigi formolata. Il-ligi taghti poter lil dik il-Qorti tezamina biss r-rizultanzi fattwali u tara jekk dawn jistghux iwasslu ghal-esistenza ta' reat fil-konfront tal-akkuzat,izda mhux kompitu taghha li tidhol fi kwistjonijiet ta' natura legali li jistghu iwasslu ghall-htija jew liberazzjoni tal-akkuzat. Dawk il-konsiderazzjonijiet huma riservati, bil-ligi, ghall-Qorti li tkun se tiddeciedi fuq il-meritu tal-kaz, u l-fatt li dan l-istharrig hu riservat ghall-stadju ulterjuri tal-process gudizzjarju, ma jmurx kontra l-artikolu invokat tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem.

In-natura ta' investigazzjoni li trid taghmel Qorti li quddiema jitressaq persuna taht arrest, mhux dak li tidhol fil-meritu, izda ta' “judicial review”, biex tara jekk id-detenzjoni hijiex valida jew le. Dak biss hu mehtieg mill-konvenzjoni ewropea. L-artikolu 412B tal-Kodici Kriminali jipprovdi li dan ir-“review” jista' jsir kull tant zmien, kull meta l-akkuzat ihoss li l-kontinwazzjoni tad-detenzjoni tieghu qed tkun ta' pregjudizzju ghalih. Il-Qorti aditta b'talba simili trid tezamina c-cirkustanzi kollha tal-kaz, minghajr, pero', ma tidhol fil-meritu tal-kaz jew l-elementi essenzjali tieghu.

Il-Qorti taqbel mal-intimat li l-kwistjoni tal-validita'tal-arrest u l-konsiderazzjoni tal-eccezzjoni tal-gurisdizzjoni huma zewg affarijiet separati u distinti. Il-Konvenzjoni titlob stharrig immedjat dwar il-legalita' “tad-detenzjoni”, mhux dwar il-validita' jew sostenibilita' tal-akkuzi migjuba kontra l-akkuzat.

Kull referenza ghall-artikolu 7tal-Konvenzjoni Ewropea huwa kompletament irrilevanti peress li l-process gudizzjarju kontra r-rikorrent ghadu ma giex terminat u ma instab hati ta' ebda reat. Inoltre dak li jrid l-artikolu 7 huwa li r-reat, bhala tali, ikun jezisti fil-mument li jkun sar l-allegat reat. Jekk il-provedimenti statutarji tar-reat, umbaghad, japplikax ghall-kaz tal-persuna akkuzata b'dak ir-reat trid tarah biss il-Qorti Kriminali li tkun qed tisma' l-kaz. F'dan il-kaz, ir-reat per se kien u ghadu jezisti, u kwindi l-vot tal-artikolu 7 huwa sodisfatt; jekk dak ir-reat japplikax ghar-rikorrenti irid, issa, jigimistharreg fil-forum opportun.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tichadit-talbiet kollha tar-rikorrenti, bl-ispejjez kontra tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info