Reference: 2049/1999/1

Judgement Details


Date
30/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
PORTELLI EDWARD ET vs CASSOLA HECTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, WIEHED MILL-KONJUGI JISTA` JORBOT L-ASSI TAL-KOMUNJONI - KONVENJU, KONSEGWENZI TA` NON KONFORMITA` MAL-ART. 1357(2) TAL-KAP. 16
Summary
Meta l-partijiet fuq konvenju ikunu naqsu milli jottemperaw ruhhom mad-disposizzjonijiet tal-artikolu 1357 (2) tal-Kap. 16 tal-ligijiet ta' Malta u il-gurisprudenza nostrana tipprovvdi li f'tali cirkostanzi il-partijiet ghandhom jitqieghdu fl-istess sitwazzjoni li kienu fiha qabel ma sar il-konvenju.

Dak li hu vitali hu l-fatt tan-nuqqas ta' interpellazzjoni ufficcjali mill-konvenut biex ix-xerrej promittent jersaq ghall-pubblikazzjoni ta' l-att. Ma ngiebet l-ebda prova li saret ittra ufficjali bhal din u allura meta tirrikorri cirkostanza bhal din meta jaghlaq iz-zmien u ebda wahda mill-partijiet ma tkun hadet il-passi mehtiega biex iggieghel lill-parti l-ohra tersaq ghal kuntratt, il-konvenju jitlef l-effikacja tieghu, u kollox jerga' ghall-istatus ante quo.

L-ammont ghalhekk li jithallas akkont tal-prezz fuq konvenju ghandhu bhala regola jithallas lura lill-kompratur jekk il-bejgh bejn il-partijiet ma jsirx.

Id-dekadenza mid-dritt li jiehu lura dak li ghalih huintitolat javvera ruhu jekk minghajr gustifikazzjoni wiehed ma jersaqx fuq l-att finali. Dan jippresupponi l-missiva ta' ittra ufficjali, u xejn anqas minn dan.

Att ta' amministrazzjoni straordinarja ta' wiehed mill-konjugi wahdu jorbot l-assi tal-komunjoni tal-akkwisti kemm-il darba ma jkunx hemm pronunzjament tal-qorti dwar in-nullita` ta' dak l-att. Ir-relazzjonijiet interni bejn il-konjugi ghar-reintegrazzjoni jew danni, kif fuq inghad, ma jeffettwawx lit-terz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info