Reference: 1286/2000/1

Judgement Details


Date
27/09/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GULIA ONOR DR GAVIN vs AGIUS DAVID ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, BILANC BEJN LIBERTA` TA` ESPRESSJONI U DRITTIJIET TAL-PRIVAT - LIBELL, FAIR COMMENT - LIBELL, INNUENDO - LIBELL, KIF IRID ISIR L-EZAMI TAL-ARTIKOLU INKRIMINAT - LIBELL, KORRETTEZZA TAL-FATTI - LIBELL, KUNCETT TA` PUBBLIKAZZJONI - LIBELL, LEGITTIMU KONTRADITTUR - LIBELL, LIBELL FAMUZ - LIBELL, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELL, MALAFAMA - LIBELL, ONERU TAL-PROVA - LIBELL, QARREJ ORDINARJU - LIBELL, RESPONSABILITA` KOLLETTIVA - LIBELL, RESPONSABILITA` PERSONALI - LIBELL, RESPONSABILITA` TA` EDITUR - LIBELL, RESPONSABILITA` TA` PARTIT POLITIKU
Summary
Kull att li bih stampat jigi jew jista' jigi mxandar jew komunikat jaqa' taht l-eghmejjel li jistghujitqiesu mill-Att dwar l-Istampa bhala "pubblikazzjoni". Illi persuna li tkun kitbet jew xandret "pubblikazzjoni" tinkludi wkoll korp ta' persuni, kemm jekk ihaddan personalita' guridika jew le.

L-azzjoni civili li titnissel minn xi allegat ksur tal-istess Ligi tista' tittiehed kontra l-awtur tal-kitba u l-editur tal-gazzetta fl-ewwel lok. Huwa fin-nuqqas biss ta' gharfien dwar l-identita' ta' dawn it-tnejn jew ta' xihadd minnhom li l-ligi taghti jedd ta' azzjoni kontra ir-responsabbli ghall-pubblikazzjoni. It-tifsira moghtija mil-ligi lil "awtur tal-kitba" tghodd kemm ghal min ikunkitibha jew ukoll ghal min ikun ta l-kunsens tieghu ghal hekk.

Hawnhekk l-awtur ta` dikjarazzjoni gie misjub personalment responsabbli flimkien ma` partit politiku li tieghu hu kien "Segretarju Informazzjoni" peress illi l-istqarrija nnifisha inharget u tqassmet lill-mezzi tax-xandir (media)bhala stqarrija tal-istess Partit.

L-azzjoni ta' libell mahsuba fil-Kap 248 trid titqies bhala azzjoni specjali li l-ghejjun taghha fil-bidu kienu mahsuba li jwettqu forma ta' kontroll dwar dak li jinkiteb jew jigi mxandar fil-gurnali. Mal-medda tas-snin, ix-xejra bdiet iddur favur il-harsien tal-fama tal-individwu minn dak li jista' jinkiteb jew jinghad dwaru fil-mezzi stampati, fid-dawl tal-jedd l-iehor fondamentali tal-espressjoni hielsa tal-fehmiet ta' dak li jkun. L-azzjoni ta' libell hija ghalhekk azzjoni eccezzjonali li wiehed idur ghaliha biss f'kaz fejn l-unur u l-gieh ta'persuna jkunu gew imkasbrin jew miftuha ghad-disprezz tal-pubbliku b'dak li jinghad jew jigi mxandardwaru.

Illi l-jedd tal-espressjoni hielsa kif imfisser fl-artikolu 41 tal-Kostituzzjoni ta'Malta, u wkoll fl-artikolu 10 tal-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jigbor fih il-jedd li kull persuna jkollha w izzomm fehmiet bla ndhil minn hadd u li tircievi minghand u tghaddi lil haddiehor idejat u taghrif bla ndhil. Minhabba li dan il-jedd igib mieghu dmirijiet u responsabbiltajiet, ghandu jkun fih xi limitazzjonijiet kif imsemmi fil-ligi u li jkunu mehtiega f'socjeta' demokratika. Fost dawn il-limitazzjonijiet wiehed isib il-harsien tal-fama u tal-jeddijiet ta' persuni ohrajn mill-effetti tal-ezercizzju tad-dritt tal-espressjoni hielsa ta' dak li jkun. Ma jistax ikun, ghalhekk, li l-Istampa u l-mezzi l-ohrajn ta' komunikazzjoni ma jkunux milquta b'dawn il-limitazzjonijiet.

Illi t-tifsir moghti mill-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem f'ghadd ta' kazijiet lill-imsemmija dispozizzjonijiet tal-ligi iqis, fostl-ohrajn u b'mod ewlieni, is-siwi tad-dibattitu politiku hieles bhala wahda mis-sisien fejjieda ta'stat demokratiku. Dan it-tifsir dejjem gharaf bejn kritika li ssir fil-konfront ta' persuna li hija mdahhla fil-hajja pubblika (jew politika) u persuna li m'hijiex;

Illi l-libell bl-istampajitwettaq kull meta ssir xi imputazzjoni li tista' ccekken lill-persuna li ghaliha tirreferi (kemmjekk espressament jew b'implikazzjoni) fl-istima jew il-gieh tas-socjeta' lejha, u dan billi timmirali taqta' lil dik il-persuna mill-istess socjeta', jew li tesponiha ghad-disprezz jew mibeghda taghha. Min-naha l-ohra, il-kritika ta' persuna, l-izjed jekk dik il-persuna tkun imdahhla fil-qasam pubbliku, ma ssirx minnufih passibbli ghas-sanzjonijiet tal-libell jekk kemm-il darba tkun wahda serja, oggettiva u meqjusa, ukoll jekk tkun harxa u qawwija. Minn dan johrog li l-ezami ewlieni li ghandu jaghmel il-gudikant huwa dak li jqis jekk il-kliem ippubblikat jew imxandar jikkawzax lill-persuna li ghaliha dik il-pubblikazzjoni jew xandira tirreferi nuqqas ta' stima f'ghajnejn min ikun qrahajew semaghha. Tali "udjenza" ghandha tigi meqjusa bhala qarrejja jew semmiegha ta' dehen normali lijkunu taw lill-kliem pubblikat jew imxandar it-tifsira normali tieghu.

Ghar-rigward ta' persuna fil-qasam pubbliku, u partikolarment fil-qasam politiku, il-livell ta' kritika li l-ligi tal-istampa tittollera huwa x'aktarx gholi, azzardat u wiesgha, u cirkostkritt biss minn prova ta' hazen jew infondatezza tal-fatti msemmija jew mid-dicenza pubblika jew xilja ta' abdikazzjoni ta' dmirijietimposti fuqha. Meta l-persuna li ghaliha ssir riferenza fil-pubblikazzjoni jew ix-xandira li tkun m'hijiex persuna fizika, imma wahda guridika, il-qilla tal-kritika u t-tolleranza taghha hija usa' sal-grad li mbasta tkun tollerabbli f'socjeta' demokratika. F'dan il-kaz, il-principju tal-espressjonihielsa huwa mirfud bil-kwestjoni tal-interess pubbliku li normalment jimmotiva l-kritika misthoqqali ghandha ssir dwar persuna involuta fil-hajja pubblika ukoll jekk il-kritika tolqot il-hajja privata tal-personagg pubbliku.

Ghal dak li jirrigwarda l-ghamla tal-kritika li ssir, jinghad li wahda mill-forom li tintuza hija l-kumment.. Bhalma timplika l-kelma nnifisha, kumment m'huwiex semplici stqarrija ta' fatt, imma tifsira ta' jew fehma dwar fatt li sehh, ukoll jekk tkun tifsira pregudikata jew partiggana. Fil-qasam politiku, imbaghad, il-kumment jista' jkun mahsub biex johloq xkieljew jaghmel hsara politika lil xi persuna involuta jew biex sahansitra jqanqal disgwid jew tahwid fil-kamp politiku oppost.

Huwa accettat li jekk il-kumment ikun "gust", ma jaqax taht il-pwieni tal-malafama jew tal-libell. Il-kwestjoni ta' kummenti li jitqiesu bhala "gusti" hija wahda li taghti lok ghal problemi kbar minhabba li mhix wahda cara. Biex il-kumment ikun wiehed "gust", jehtieg li jkun imsejjes fuq hwejjeg li sostanzjalment sehhew u li jkunu l-fatti shah. Jekk jirrizulta li l-fatt allegat ma kienx attwalment jezisti, ma tkunx tista' triegi aktar id-difiza tal-kumment gust. Il-fatt irid jigi pruvat kif imiss minn min jallega l-kumment gust dwaru, daqskemm tantiehor irid jipprova li s-suggett li dwaru nkiteb tali kumment kien wiehed ta' interess pubbliku u li l-kumment kien tassew wiehed "gust". Kif jintwera li l-fatti msemmija kienu sostanzjalment minnhom, ikun jifdal li jigi mistharreg jekk il-fehma espressa dwarhom jew l-apprezzament jew kritika misluta minnhom kinitx fil-limiti tal-jedd tal-espressjoni hielsa kif imfissra aktar qabel.

Illi, fuq kollox, l-artikolu jew ix-xandira li trid tigi mistharrga trid titqieghed fl-isfond tal-attwalita' u fil-qafas tac-cirkostanzi li tkun saret il-pubblikazzjoni jew xandira li tkun.

L-insinwazzjoni hija dik l-ghamla ta' stqarrija li tolqot bis-sahha ta' dak li ma tghidx u li timplika, aktarx ta' xehta negattiva, u mhux bis-sahha ta' dak li tghid. Ghaliex l-innuendo huwa ghamla ta' stqarrija ingurjuza li ssir bi kliem li fih innifsu m'huwiex ingurjuz. Il-qofol tal-insinwazzjoni huwa l-ironija.

Dwar dan l-aspett fil-qasam tal-libell, il-Qrati taghna ipprovdew li l-piz tal-prova li dakli hu insinwat huwa libelluz, taqa' fuq min jikkwerala jew jibda l-proceduri. Imma ladarba dan jitwettaq, u jirrizulta li l-kliem inkiteb b'mod ironiku, l-intenzjoni malizzjuza ta' min ikun kiteb dakil-kliem hija intiza fl-istess ironija.

Huwa mbaghad accettat li l-insinwazzjonijiet bla ma huma msejsa minn fatti, maghmulin ghal kwalunkwe raguni (ukoll dik politika), fis-sens li xihadd ikkorrompa jew li gie korrott, ma jistghu qatt jigu accettati la fil-kuntest ta' fatti li jqajmu interess pubbliku u lanqas fejn hemm implikati persuni pubblici.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info