Reference: Volume 33F (1948), Part No. 4, Section , Page 670

Judgement Details


Date
02/04/1948
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
JESSIE SPICER vs LEWIS SPITERI DEBONO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ANIMUS INJURIANDI" - INGURJA
Summary
Min jinkarika persuna legali biex tiktiblu ittra lil persuna ohra li thoss ruhha offiza b'dik l-ittra, huwa legittimat jahseb li dik l-ittra tigi koncepita f'termini mizurati, u li dak il-konsulent legali mhux sejjer jikteb l-ittra b'mod li tista' tkun ritenuta ingurjuza. U dan anki jekk, qabel mabaghat l-ittra, il-konsulent legali wrieha lill-klijent tieghu, imma esprimielu l-fehma tieghu li l-ittra mhix ingurjuza. Fil-kaz prezenti, il-kwerelat kien jikri appartament lill-kwerelanti, u qabbad lill-konsulent legali tieghu biex dan jikteb lill-kwerelanti fejn jinterpellaha titlaq l-appartament ghax dan kien qieghed jigi uzat ghal skopijiet immorali. L-inkwilina hasset ruhha offiza b'dik l-ittra, u pprocediet ghall-ingurja kontra l-kwerelat. Il-Qorti ta' l-Appell, kuntrarjament ghal dakli rriteniet il-Qorti tal-Magistrati, applikat il-principji fuq esposti u zammet li l-kwerelat appellant ma kellux l-"animus injuriandi"; u, prevja revoka tas-sentenza appellata, illiberat lill-kwerelat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info