Reference: Volume 40C (1956), Part No. 2, Section 3, Page 705

Judgement Details


Date
23/01/1956
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
HELEN ZAMMIT PSAILA ET. vs LUQA ELLUL
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI - DIKJARAZZJONIJIET - INTERESS
Summary
Jekk fond jinbiegh bhala suggett ghal dritt ta' passagg, u l-venditur in segwitu jaghmel kawza biexjigi dikjarat li dak id-dritt ta' passagg ma jezistix, mhix attendibbli l-eccezzjoni tal-konvenut fis-sens illi c-citazzjoni jmissha saret biex jigi mpunjat il-kuntratt tal-bejgh, u mhux semplicementbiex jigi dikjarat illi l-fond mibjugh ma jgawdix dak id-dritt ta' passagg. Huwa veru li dik id-dikjarazzjoni ma tkun tfisser xejn sakemm il-kuntratt jibqa' kif inhu; imma dan ma jfissirx illi t-talba ghal dik id-dikjarazzjoni saret hazin, ghax dik id-dikjarazzjoni tidher li hija pre-ordinata ghalkawza ohra li tista' ssir il-quddiem jekk tigi milqugha t-talba ghal dik id-dikjarazzjoni, jigifierili hija pre-ordinata ghall-kawza ta' impunjazzjoni tal-kuntratt. U dana jista' jsir; ghaliex fil-gurisprudenza jinsab stabbilit li mhumiex projbiti fid-Dritt Procedurali domandi ghal dikjarazzjonijiet li jkunu pre-ordinati ghal kawza ohra, avvolja d-dritt ma jkunx jista' jigi dedott attwalment, imma fil-futur. Biss, il-Qorti trid tkun soddisfatta li l-attur ghandu nteress jitlob dik id-dikjarazzjoni bhala formanti l-bazi tal-kawza l-ohra li ssir il-quddiem; liema nteress ma ghandux ikun ipotetiku, imma konkret, u jrid ikun jissussisti di fronti ghall-konvenut li gie maghzul bhala legittmu kontradittur tad-domanda. Ghaldaqstant, id-domanda biex jigi dikjarat li l-fond mibjugh mhuwiex suggett ghad-dritt ta' passagg kif jinsab indikat fil-kuntratt tal-bejgh, minghajr id-domanda ghall-impunjazzjoni tal-istess kuntratt, tista' tkun ta' rizultament utili ghall-attur, jekk tigi milqugha mill-Qorti, ghax hija pre-ondinata ghall-kawza l-ohra tal-impunjazzjoni tal-kuntratt. Dak li jista' jinghad hu li l-attur seta' mill-ewwel gieb il-quddiem l-azzjoni ghall-impujazzjoni tal-kuntratt; imma din ic-cirkustanza tista' tinfluwixxi fuq il-kap tal-ispejjez tal-kawza l-ohra li tista' ssir il-quddiem, skond ma jkun l-ezitu ta' dik il-kawza, u ma ggibx li d-domanda ghas-semplici dikjarazzjonihija inutili jew saret hazin.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info