Reference: 458/1990/3

Judgement Details


Date
10/05/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
GRECH EMMANUEL NOE vs KONTROLLUR TAD-DWANA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DAZJU, DEFINIZZJONI TA` PROCESS INDUSTRIJALI - DAZJU, NUQQAS TA` HLAS TA` - DAZJU, OGGETT MHUX KOMPLET JEW MHUX LEST GHAL KOLLOX - DAZJU, PRESKRIZZJONI GHAL AZZJONI TA` HLAS LURA TA` DAZJU IMHALLAS INDEBITAMENT
Summary
Is-socjeta' attrici kienet timporta parts ta' water heaters biex dawn il-parts timmuntahom hawn Malta u tbighhom bhala water heaters lesti ghall-uzu. Dawn il-parts importati, wehedhom, ma humiex bizzejjed biex isir water heater shih: kien ikun mehtieg li jsiru xi parts ohrajn lokalment u jsir ix-xoghol ta' armar. Il-valur mizjud lokalment - i.e. il-parts addizzjonali li jsiru Malta u x-xoghol li jsir biex mill-parts importati u dawk li jsiru lokalment isir water heater komplet u lest ghall-uzu - gieli jigi aktar mill-valur tal-parts importati.

Is-socjeta' attrici sostniet illi ma kelliex thallas dazju fuq il-parts importati ghax fuq dawk il-parts irid isir process industrijali biexminnhom isir water heater komplet, u l-ligi tghid illi l-parts importati, meta jkunu importati ghall-produzzjoni industrijali, ghandhom jithallew jidhlu minghajr hlas ta' dazju.

Il-Qorti ma qablitx ma dan l-argument ghaliex qieset li l-process illi timmonta jew tarma ma hux il-process industrijali li jehles mill-hlas tad-dazju, ghax inkella l-ligi jkun fiha kontradizzjoni fiha nfisha: dispozizzjoni wahda tkun tghid illi oggetti importati ghall-produzzjoni industrijali ma hemmx dazju fuqhom, u dispozizzjoni ohra tkun tghid illi oggetti importati biex isir fuqhom il-process industrijalita' immontar jew armar xorta jithallas dazju fuqhom. Kellu jkun ovvju illi "l-process industrijalita' immontar jew armar" bhal dak li kienet taghmel is-socjetà attrici fuq il-parts tal-water heaters importati minnha ma kienx il-process ta' "produzzjoni industrijali" illi jehles mill-hlas tad-dazju. Il-process ta' produzzjoni industrijali li jehles mill-hlas tad-dazju ma hux ix-xoghol li jsir fuq il-haga importata izda x-xoghol li jsir biha ghall-produzzjoni ta' hwejjeg ohra.

In oltrel-ligi tqis bhala l-oggett li fuqu ghandu jithallas id-dazju dak l-oggett "mhux komplet jew mhux lest ghal kollox, basta, kif prezentat, l-oggett mhux komplet jew mhux lest ghal kollox ikollu l-karattru essenzjali ta' l-oggett komplet jew lest minn kollox".

Il-valur mizjud lokalment meta mqabbel mal-valur tal-parts importati ma kellux ikun il-kriterju biex tara jekk il-parts importati wehedhom ghandhomx dak il-"karattru essenzjali" li trid il-ligi. Il-Qorti minflok qieset l-importanza tal-parts importati ghall-process ta` manifattura bhala l-kriterju determinanti.

L-Art. 25 tal-Kap. 337 ighid li ebda hlas ma ghandu jsir dwar xi hlas lura kemm-il darba t-talba ghal hekk ma tkunxmaghmula lill-Kontrullur tad-Dwana qabel eghluq sentejn mid-data ta' l-okkazjoni li bil-grajja taghha jkun sar dovut il-hlas lura.
Il-frazi "hlas lura" taht l-art. 25 ifisser biss hlas lura li jsir bis-sahha ta' ordni moghti mill-Ministru responsabbli ghad-Dwana u pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern taht l-art. 21 jew bis-sahha ta' regolament maghmul mill-ministru taht l-art 22 ta' l-Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info