Reference: 833/1997/2

Judgement Details


Date
24/03/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CALLEJA JOHN vs DEGIORGIO CARMELO SIVE CHARLES ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, DRITT TA` RIVALSA TAX-XERREJ TA` HAGA MISRUQA KONTRA L-BEJJIEGH - BEJGH, MALA FEDE - DRITT TA` PROPRJETA`, SERQ TA` HWEJJEG MOBBLI
Summary
Ix-xerrej ta' haga li tkun insterqet li jsofri evizzjoni m'ghandux dritt ta' regress kontra l-venditur, anki jekk dan ikun in mala fede, sakemm ma jipprovax li hu, bhala xerrej, kien in buona fede.

Dan s'intendi fis-sens li jipprova li hu ha dawk il-prekawzjonijiet ordinarji u elementari fil-mument tal-akkwist biex jassigura ruhu mill-provenjenza tal-oggett minnu mixtri.

In-nuqqas ta' diligenza f'dan il-kuntest, jekk ipprovata, kienet serjament tippregudika d-dritt tax-xerrej ghall-indennizz.

Skond l-Artikolu 532 tal-Kap 16 il-buona fede hi prezunta u min jallega l-mala fede ghandu jipprovaha. Prova din li trid tirrizulta minn cirkostanzi univoci.

Il-ligi fl-artikolu 531 tal-Kodici Civili ma timponix l-obbligu tassattiv fuq ix-xerrej li dejjem u b'kull kaz jaccerta ruhu mill-identita` tal-bejjiegh. Kienet timponi dan l-obbligu biss meta c-cirkostanzi - "milli kien jidher" - kienu tali li jqanqlu suspett ragonevoli fil-kumpratur illi l-oggett li kien akkwista ma kienx qed jakkwistah minn sid il-haga jew minn persuna mqabbda mis-sid biex tiddisponi mill-haga.

'Ex abundantia` gie osservat ghalhekk illi wiehed mill-elementi biex tigi radikata l-bona fede jirrisjedi fil-prova illi l-akkwist sar minghand min apparentement seta' kien il-proprjetarjutal-oggett. Il-fatt biss, anke jekk hu konswet hafna u sew maghruf, f'kazijiet ta' trasferimenti konsekuttivi tal-istess vettura, illi dak li jkun ma jkunx ha hsieb it-transfer u accerta ruhu mal-awtorita` kompetenti dwar ir-registrazzjoni tal-vettura, ma jikkostitwix ghal din ir-raguni biss, prova ta' mala fede.

Jekk ix-xerrej ma jipprovax il-mala fede ta' dak li minn ghandu jkun xtara,hu jitlef kull dritt ta' rivalsa li jista' jkollu fil-konfront ta' dan.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info