eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 94/1993/2
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
10/10/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI GINO
Partijiet
VELLA CARMELO vs FELICE VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
VELLA CARMELO vs FELICE VICTOR - 94/1993/2 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), BORDIJIET
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
KERA - TIBDIL FIL-FOND - ZGUMBRAMENT
Fil-Qosor
Ir-rikorrenti qed jitolbu li jigu awtorizzati jirriprendu l-pussess tal-fond 132, Cross Road, Marsamikri lill-intimat bil-kera ta' Lm65 fis-sena. Ir-rikorrenti qed jallegaw li l-intimat kiser il-kundizzjonijiet tal-kirja billi ghamel tibdil fil-fond minghajr il-kunsens taghhom kif ukoll issulloka l-fond lil terzi minghajr il-kunsens taghhom.
Bis-sentenza tieghu tat-30 ta' Jannar 2001 il-Bord li Jirregola l-Kera fl-ewwel lok cahad it-talba ghar-ripresa kif ibbazata fuq il-premessa dwar it-tibdil fil-fond, pero' fit-tieni lok laqa' l-istess talba fuq il-kawzali tas-sullokazzjoni tal-fondlil terzi u ghall-finijiet tal-izgumbrament ipprefigga t-terminu ta' tlett (3) xhur mid-data tal-istess sentenza u ordna li l-ispejjez jithallsu in kwantu ghal wiehed minn tlieta (1/3) mir-rikorrentiu l-bqija mill-intimat.
L-intimat hass ruhu aggravat bl-imsemmija sentenza u interpona dan l-appell, fejn qed jintalab li din il-Qorti tirrevoka l-imsemmija sentenza tal-Bord li Jirregola l-Kera tat-30 ta' Jannar 2001 u dan billi t-talba tar-rikorrenti tigi michuda, bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra r-rikorrenti.
Fl-imsemmija sentenza l-Bord li Jirregola l-Kera l-ewwel ikkonkludali bl-ebda mod ma jirrizulta li l-intimat ghamel tibdil strutturali tali li jista' jiggustifika r-ripresa tal-fond da parti tar-rikorrenti u ghalhekk il-Bord cahad it-talba tar-rikorrenti msejsa fuql-allegazzjoni li sar tibdil strutturali. L-intimat ma appellax minn din il-parti tad-decizjoni, u lanqas ma sar appell incidentali minn naha tar-rikorrenti. Ghalhekk mhux il-kompitu ta' din il-Qortital-Appell li tezamina ulterjorment din il-kwestjoni.
Il-Bord ezamina l-elementi li ghandhomjissussistu sabiex necessarjament ikun hemm il-kuntratt ta' negotiorum gestio u kkonkluda li l-ftehim in kwestjoni ma jistax jigi konsidrat wiehed ta' negotiorum gestio'. Il-Bord kompla biex ezamina l-fatti u c-cirkostanzi kollha sabiex fuq l-iskorta ta' gurisprudenza nostrana jistabilixxi x'kienet il-vera intenzjoni tal-kontraenti.
Il-Bord ikkonkluda, a bazi tar-rizultanzi, li l-intimat kien ghadda f'idejn Abela l-pussess tal-fond u t-tgawdija tieghu u kkonkluda ukoll li l-iskritturi bejn l-intimat u Abela saru appuntu biex tinheba s-sullokazzjoni, tant li mill-kotba tan-negozjuta' Abela ma tirrizulta ebda indikazzjoni li Abela kellu xi sieheb jew partner li kien jaqsam fil-qligh.
Fir-rikors tal-appell il-konsiderazzjonijiet li ghamel l-intimat appellant principalemtnt jirreferu ghall-kwestjonijiet ta' fatt u mhux ta' ligi, filwaqt li l-Bord ezamina bir-reqqa l-implikazzjonijiet legali kemm tan-negotiorum gestio kif ukoll tas-sullokazzjoni. Il-Bord ezamina ukoll ic-cirkostanzi u l-fatti rizultanti u kien korrett meta kkonkluda li l-ftehim bejn l-intimat u Abelakien wiehed ta' sullokazzjoni.
Ghaldaqstant, is-sentenza appellata timmerita li tigi konfermata fl-interezza taghha u ghalhekk l-appell tal-intimat appellant gie michud.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta