Reference: 94/1993/2

Judgement Details


Date
10/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
VELLA CARMELO vs FELICE VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KERA - TIBDIL FIL-FOND - ZGUMBRAMENT
Summary
Ir-rikorrenti qed jitolbu li jigu awtorizzati jirriprendu l-pussess tal-fond 132, Cross Road, Marsamikri lill-intimat bil-kera ta' Lm65 fis-sena. Ir-rikorrenti qed jallegaw li l-intimat kiser il-kundizzjonijiet tal-kirja billi ghamel tibdil fil-fond minghajr il-kunsens taghhom kif ukoll issulloka l-fond lil terzi minghajr il-kunsens taghhom.

Bis-sentenza tieghu tat-30 ta' Jannar 2001 il-Bord li Jirregola l-Kera fl-ewwel lok cahad it-talba ghar-ripresa kif ibbazata fuq il-premessa dwar it-tibdil fil-fond, pero' fit-tieni lok laqa' l-istess talba fuq il-kawzali tas-sullokazzjoni tal-fondlil terzi u ghall-finijiet tal-izgumbrament ipprefigga t-terminu ta' tlett (3) xhur mid-data tal-istess sentenza u ordna li l-ispejjez jithallsu in kwantu ghal wiehed minn tlieta (1/3) mir-rikorrentiu l-bqija mill-intimat.

L-intimat hass ruhu aggravat bl-imsemmija sentenza u interpona dan l-appell, fejn qed jintalab li din il-Qorti tirrevoka l-imsemmija sentenza tal-Bord li Jirregola l-Kera tat-30 ta' Jannar 2001 u dan billi t-talba tar-rikorrenti tigi michuda, bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra r-rikorrenti.

Fl-imsemmija sentenza l-Bord li Jirregola l-Kera l-ewwel ikkonkludali bl-ebda mod ma jirrizulta li l-intimat ghamel tibdil strutturali tali li jista' jiggustifika r-ripresa tal-fond da parti tar-rikorrenti u ghalhekk il-Bord cahad it-talba tar-rikorrenti msejsa fuql-allegazzjoni li sar tibdil strutturali. L-intimat ma appellax minn din il-parti tad-decizjoni, u lanqas ma sar appell incidentali minn naha tar-rikorrenti. Ghalhekk mhux il-kompitu ta' din il-Qortital-Appell li tezamina ulterjorment din il-kwestjoni.

Il-Bord ezamina l-elementi li ghandhomjissussistu sabiex necessarjament ikun hemm il-kuntratt ta' “negotiorum gestio” u kkonkluda li l-ftehim in kwestjoni ma jistax jigi konsidrat wiehed ta' ‘negotiorum gestio'. Il-Bord kompla biex ezamina l-fatti u c-cirkostanzi kollha sabiex fuq l-iskorta ta' gurisprudenza nostrana jistabilixxi x'kienet il-vera intenzjoni tal-kontraenti.

Il-Bord ikkonkluda, a bazi tar-rizultanzi, li l-intimat kien ghadda f'idejn Abela l-pussess tal-fond u t-tgawdija tieghu u kkonkluda ukoll li l-iskritturi bejn l-intimat u Abela saru appuntu biex tinheba s-sullokazzjoni, tant li mill-kotba tan-negozjuta' Abela ma tirrizulta ebda indikazzjoni li Abela kellu xi sieheb jew partner li kien jaqsam fil-qligh.

Fir-rikors tal-appell il-konsiderazzjonijiet li ghamel l-intimat appellant principalemtnt jirreferu ghall-kwestjonijiet ta' fatt u mhux ta' ligi, filwaqt li l-Bord ezamina bir-reqqa l-implikazzjonijiet legali kemm tan-negotiorum gestio kif ukoll tas-sullokazzjoni. Il-Bord ezamina ukoll ic-cirkostanzi u l-fatti rizultanti u kien korrett meta kkonkluda li l-ftehim bejn l-intimat u Abelakien wiehed ta' sullokazzjoni.

Ghaldaqstant, is-sentenza appellata timmerita li tigi konfermata fl-interezza taghha u ghalhekk l-appell tal-intimat appellant gie michud.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info