Reference: 548/1995/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FENECH ALFRED vs FENECH MICHAEL ANGELO PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, IBBAZATA FUQ IL-MERA DETENZJONI - ACTIO SPOLII, KONTRA MIN TISTA` TIGI ISTITWITA - KOMPLICI FL-ATT SPOLJATTIV - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET DWAR TOLLERANZA MA JISGHUX JIGU KKUNSIDRATI - ACTIO SPOLII, LIEMA TIPI TA` PUSSESS HUMA PROTETTI - ACTIO SPOLII, META L-ISPOLL IKUN KOMMESS MINN SOCJETA` KUMMERCJALI - ACTIO SPOLII, PUSSESS ESKLUSSIV MHUX MEHTIEG
Summary
Socjeta` kummercjali ghandha personalita` guridika u jekk persuni illi skond l-istatut ta' socjeta`kummercjali ghandhom il-fakolta` li jagixxu f' isimha u jaghmlu atti f' isem l-istess socjeta` u fl-interess ta' l-istess socjeta`, u dawn l-atti jikkostitwixxu spoll, hija s-socjeta` li tkun responsabbli ghall-ispoll, u l-istess socjeta` hi azzjonabbli tramite d-direturi taghha;

L-azzjoni ta' spoll hija rikonoxxuta lil kwalunkwe persuna li jkollha l-pussess, ta' liema xorta jkun, jew id-detenzjoni ta' haga mobbli jew immobbli, u li dan il-pussess jista' anke jkun illegittimu jew abuziv basta li bhala fatt materjali dak il-pussess ikun fil-persuna vittma ta' l-ispoll.

Mhux mehtieg li jkun hemm il-privazzjoni totali tal-haga imma bizzejjed li jkun hemm diminuzzjoni tal-pussess,tfixkil fid-drittijiet, jew hsara lil min isofri l-ispoll; u ghalhekk huwa wkoll indifferenti z-zmien li jkun dam l-ispoll u l-entita` tat-tfixkil jew hsara lill-ispoljat.

Il-kuncett bazilari ta' l-azzjoni ta' l-ispoll huwa dak ta' l-ordni socjali bbazat fuq dik l-istabilita` guridika li tridli kull bidla possibbli trid issir fit-termini u fil-parametri li trid il-ligi stess.

L-artikolu tal-ligi li jikkontempla dina l-azzjoni huwa indubbjament ta' ordni pubbliku u huwa inerenti ghal fatt ta' min b' awtoriita` privata jaghmel ghad-dannu ta' terza persuna att li, ghalkemm jista' jkollu dritt ghalih, ma jkunx jista' jezercitah minghajr l-intervent tal-Qrati, u ma' dak l-artikoluhuwa marbut l-iehor tal-Procedura Civili li jahseb u jghid li kontra azzjoni ta' spoll ma humiex ammissibbli hlief eccezzjonijiet dilatorji.

L-unika haga li kellu jaghmel l-attur ghas-success ta' l-azzjoni tieghu kien "li jipprova biss li fil-mument meta allegatament avvera ruhu l-att spoljattiv hu kien fil-pussess ta' l-oggett li minnu kien spoljat. Ma kienx mehtieg minnu li jipprova xi titolu tal-pussess tieghu. Kien il-fatt fiziku tal-pussess li kien rilevanti ghall-materja ta' spollgjaladarba jkun eskluz li l-persuna spoljata tkun qed tiddetjeni l-fond b' mera tolleranza.

Kwestjoni ta' tolleranza m'ghandhiex tigi ezaminata f' gudizzju semplicement possessorju privileggjat.

Hawnhekk l-attur kien direttur u azzjonist tal-kumpannija konvenuta u intenta kawza ta' spoll fil-konfront ta' l-istess kumpannija u direttur iehor peress illi kienet tbiddlet is-serratura tal-fond minn fejn kienet topera l-istess socjeta`.

Gie ritenut li l-azzjoni possessorja hi eminentement wahda personali. Li jfisser li l-attur kellu kull dritt jirreagixxi kontra l-molestja lissirlu jekk din kienet taffettwah personalment jew l-interess tieghu fil-haga. Il-fatt li l-atturwaqaf milli jattendi ghax-xoghol fil-plant tal-kumpanija ma setax ifisser illi hu gie li b' daqshekkiddekada minn xi drittijiet tieghu qua direttur u azzjonist tal-kumpanija. Biex tissucciedi id-dekadenza mill-pussess din riedet tkun manifesta u voluta, univoka u mhux kontestata. U jekk din ma tirrizultax l-attur kellu dritt li jesigi li jigi re-integrat fil-pussess. L-azzjoni ezercitata hi tendenti proprju ghal dan il-fini "biex tassigura li jigi represtinat l-ordni socjali li l-persuna ligiet vjolentement spussessata tigi qabel xejn re-integrata fil-pussess taghha "spoliatus ante omniarestituendum".

Il-Qorti kienet lesta taccetta l-veduta illi bhala direttur l-attur ma kelluxdritt awtomatiku ghac-cwievet tal-mahzen. Izda gjaladarba huwa kellu dawn ic-cwievet, u dan kien ilhom ghandu minn dejjem, huwa imbaghad kellu interess guridiku li jittutela u jipprotegi l-istess interess tieghu qua direttur fil-pussess tal-fond u li jassikura li haddiehor ma jiehux l-gustizzja b'idejh.

L-azzjoni ta' spoll hija esperibbli kontra l-awtur ta' l-ispoll kif ukoll kontra l-komplici tieghu fosthom il-mandanti li jkunu nkarigawh.

Socjeta' kummercjali li ghandha personalita' guridika distinta minn dik ta' l-azzjonisti u tad-diretturi taghha kellha tkun azzjonabbli u kellha tkun responsabbli bil-mezzi taghha ghall-agir illecitu minnha kompjut permezz tad-diretturi taghha li jirrapprezentawha. Dan pero' bl-ebda mod ma jfisser illi l-awtur materjali ta' l-illecitu lieffettivament jikkommetti l-azzjoni turbattiva tal-pussess ma kienx hu wkoll personalment azzjonabbli biex jirripristina l-molestja li hu kien wettaq.

L-actio spolii torigina ex delicto fuq fatt illecitu. Kull min jikkonkorri fil-kommissjoni ta' l-illecitu kien azzjonabbli u dana personalment. Kien ghalhekk illi s-socjeta` kienet azzjonabbli tramite d-diretturi taghha jekk jigi ritenutilli hi kienet konsapevoli ta' dak li kellu jsehh u li fil-fatt sehh u allura kienet kompartecipi fl-att delittwuz. Kien ukoll azzjonabbli min effettivament iwettaq l-illecitu li, fl-ahjar ipotesi ghalih, seta' biss jigi konsidrat bhala l-mandatarju li agixxa fl-interess tal-mandant espress jew tacitu li uzufruwixxa mill-att illecitu li ghalih l-istess mandatarju kellu jigi wkoll tenut personalment responsabbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info