Reference: 1606/1995/1

Judgement Details


Date
09/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
MALLIA KEVIN vs MIZZI ALFRED & SONS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, DISKREZZJONI TAL-QORTI FL-APPLIKAZZJONI TAL-METODU ADOTTAT F`BUTLER V. HEARD - DANNI, DOVER LI MIN IHADDEM JOFFRI SUPERVIZJONI - DANNI, MIN IHADDEM IRID JIPPREVEDI T-TRASKURAGNI TAL-IMPJEGATI TIEGHU - DANNI, MULTIPLIER - WORKING LIFE EXPECTANCY GHANDU DEJJEM JITNAQQAS SABIEX JAGHMEL TAJJEB GHAC-C CHANGES AND CHANCES OF LIFE - DANNI, RESPONSABILITA` GHAL INCIDENT FEJN IMPJEGAT IKUN WEGA` FUQ XOGHOL LI MA JKUNX TIEGHU - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-IMPJEGAT - DANNI, RESPONSABILITA` TA` MIN IHADDEM - DANNI, RESPONSABILITA` TA` MIN IHADDEM LI JACCERTA RUHU LI L-IMPJEGATI TIEGHU IKUNU MHARRGA SEW FI PROCEDURI SABIEX JIGU EVITATI PERIKLI FUQ IX-XOGHOL - DANNI, SAFE SYSTEM OF WORK - DANNI, SAFE WORKING ENVIRONMENT
Summary
Hija gurisprudenza tal-Qrati taghna li huwa obbligu ta' min ihaddem biex jipprovdi kundizzjonijiet ta' xoghol li jassiguraw is-sahha tal-haddiema fuq il-post tax-xoghol tieghu; min ihaddem ghandu dover li jipprovdi post tax-xoghol li ma jkunx ta' periklu u riskju ghas-sahha tal-istess haddiema. Minihaddem ghandu jinzamm responsabbli meta ma jiehux hsieb li jipprovdi ambjent li jassikura s-sahha tal-haddiem, u jrid ukoll jipprevedi u jipprovdi ghal fatt li l-haddiem ghandu tendenza li jitraskurar-riskji inerenti fix-xoghol tieghu.

Wiehed irid jikkonsidra l-atmosfera fil-post tax-xoghol, id-diffikultajiet li jsib il-haddiem fil-kaz tax-xoghol tieghu, il-hinijiet twal, l-ghaggla fix-xoghol, nuqqas ta' ghajnuna minn haddiema ohra li jkunu inkarigati biex jahdmu mieghu fuq dan ix-xoghol; dawn huma kollha fatturi li, min ihaddem irid jikkunsidra meta jkun qed jippjana l-lant tax-xoghol u johloq dak li komunement hu msejjah "a safe system of work".

Inoltre, gie indikat li min ihaddem ghandu l-obbligu u d-dmir li jipprovdi sorveljanza adegwata sabiex l-ambjent tax-xoghol majkunx konducenti ghal kwalunkwe forma ta' incident li jippregudika lill-impjegati tieghu, u jrid jara wkoll li l-haddiema tieghu jkunu mistharrga ghat-tip ta' xoghol li jkunu mqabbda jaghmlu.

Min ihaddem mhux biss ghandu jara li jkun hemm available dan l-apparat ta' safety, izda ghandu jinsisti mal-foreman li ma jsirx xoghol minghajr l-uzu ta' safety equipment, u jara li din l-ordni tigi segwita. Applikat dan il-principju ghal mertu ta' dan il-kaz, kien dover tas-socjeta' konvenuta mhuxbiss li turi lill-haddiema videos fuq safety, izda li tinsisti li s-safety measures ikunu qed jigusegwiti, u tipprovdi nies mistharrga ghal tal-apposta biex jaraw li dawk il-mizuri jkunu segwiti dejjem.

Hu obbligu ta' min ihaddem li jipprovdi ghat-traskuragni tal-haddiema, pero', ma jistaxjipprovdi kontra negligenza grassa, ghax anke l-haddiem hu mistenni li joqghod attent u juza d-diligenza fuq il-post tax-xoghol. Il-haddiem ghandu jkun konxju tal-perikli fuq ix-xoghol, u m'ghandux jaghmel manuvri azzardati li jzidu r-riskju tal-hsara.

Fid-determinazzjoni tal-multiplier wiehed irid jiehu in konsiderazzjoni ic-"chances and changes of life", b'mod li dan il-multiplier ma jwassalx lid-danneggjat li jiehu kumpens daqs li kieku baqa' jahdem sad-data li jirtira, izda l-figura tigi mnaqqsa biex b'hekk ikun ittiehed in konsiderazzjoni l-fatt li l-persuna danneggata setghet, fil-kors normali tal-hajja taghha, ma waslitx qawwija u shiha sal-eta' tal-pensjoni.

Il-figuraadoperata bhala l-multiplier kienet tigi mizmuma moderata u bhala regola, il-Qrati ma kienux juzaw multiplier ghola minn 20.

Gurisprudenza aktar recenti irriteniet illi in tema ta' likwidazzjoni ta' "lucrum cessans" hemm certi kontingenzi li wiehed jiltaqa' maghhom fil-hajja, u li fuqhom wiehed jista' biss jispekula, li jirrendu dan l-ezercizzju wiehed difficli u aleatorju. Wara li qieset l-izvilupp li sehh f'dawn l-ahhar zminijiet fil-medicina, fl-ekonomija, u fis-socjeta' in generali, il-Qorti tal-Appell sostniet li s-sistema tal-komputazzjoni li kien jintuza qabel mill-Qrati taghna ghandu jibqa' jigi segwit "bhala bazi", b'dan, pero', li fl-applikazzjoni ta' dan il-metodu bhala bazi, il-Qorti, minn zmien ghal zmien, ghandha tkun lesta li skond ic-cirkostanzi tallarga l-applikazzjoni ta' din is-sistema b'mod li jressaqha aktar biex taghmel gustizzja ahjar specjalment f'sistema bhal taghna li sallum ghad ma jikkontemplax la danni morali kif anqas danni ghal "pain and suffering". Il-Qorti tal-Appell, pero', insistiet li s-sistema ta' multiplier kif koncepita ma tiehux in konsiderazzjoni l-aspettativa tal-hajja lavorattiva fit-totatlia' taghha. Kompliet tghid:

Fi kliemiehor is-sistema tal-multiplier ma jaccettax li ghandu jittiehed in konsiderazzjoni li kull min hub'sahhtu hu mistenni li jibqa' jahdem sa 60 sena jew sad-data tal-pensjoni, izda tirrikjedi li tenutkont tal-eta' tal-mejjet u fatturi ohrajn minhabba diversi kontingenzi tal-hajja jittiehed numru ta' "years purchase" li hu l-"multiplier" u li huwa normalment anqas mill-aspettattiva tal-hajja lavorattiva tal-vittma.

Hawnhekk gie applikat multiplier ta' 32 sena ghal persuna li kellha 22 sena fid-data ta' l-incident.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info