Referenza: Volum 43C (1959), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 666

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/03/1959
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
CARMELO SAPIANO vs DOLORES SIVE DORIS ABELA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ALIMENTI - ART. 26 TAL-KODICI CIVILI - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI - MANTENIMENT U LBIES TAT-TFAL
Fil-Qosor
Il-komunjoni tal-akkwisti hija tenuta ghad-debiti mobiljari li kull wiehed mill-konjugi jkollu qabeliz-zwieg; salv fil-likwidazzjoni bejniethom regolament skond il-ligi. Sakemm it-tfal jibqghu fil-hodom tal-familja, anki jekk ikunu saru maggjorenni, u ma jkunux jahdmu, u l-missier jghogbu jmantnihom fis-sens legali, "stricto jure" kwalunkwe haga li hu jaghtihom taht dan ir-rigward ma tistax tintradd lura, ammenokke', fil-kaz ta' tfal maggjorenni, ma jsirx xi patt kuntrarju. Jekk mbghad it-tfal ma jkunux irraggungew l-eta' maggjuri, dan il-manteniment mill-missier hu obligu imprexxindibbli tieghu, u mhux liberalita'. Jekk it-tfal maggjorenni jkunu jahdmu ghal rashom, imma jkunu jabitaw fid-dar paterna, u l-missier jibqa' jmantnihom minn flusu bla ebda patt, dawk l-alimenti jsiru vera uproprja liberalita' maghmula mill-missier u accettata minn dawk it-tfal, u l-istess ma jistghux jintraddu lura fin-nuqqas ta' patt kuntrarju. Ghaldaqstant, jekk xebba tohrog minn dar missierha u tiehu maghha xi oggetti minn dik id-dar, hija mhix obligata trodd lill-missierha dawk l-oggetti li metakienet id-dar inxtraw ghaliha, u li jidhlu taht il-kelma "manteniment" fis-sens legali, bhal ma humalbiesi mixtrija u mehjuta ghad-daqs taghha, u li hija biss kienet tuza fid-dar ta' missierha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni