Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 1354

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/12/1998
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., MANCHE` ALBERT
Partijiet
L-AVUKAT DOTTOR FRANK XAVIER VASSALLO ET vs JOSEPH BALDACCHINO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AO SPOLII - ARTIKOLU 535 (1) TAL-KODICI CIVILI - ARTIKOLU 791 TAL-KODICI TA' PROCEDURA CIVILI - SPOLL - TERMINU TA' XAHREJN
Fil-Qosor
Il-vertenza f'din il-kawza kienet jekk it-terminu ta' xahrejn sabiex issir l-azzjoni ta' l-ispoll jibdiex jghaddi minn meta l-att spoljattiv isir jew minn meta l-persuna li ssubiet l-ispoll tinduna bih. Il-Qorti ta' l-Appell irriteniet illi l-artikolu 535 tal-Kap. 16 jipprovdi illi jekk persuna ta'liema xorta jkun jew mid-detenzjoni ta' haga mobbli jew immobbli hija tista' fi zmien xahrejn mil-ispoll titlob, b'azzjoni kontra l-awtur ta' l-ispoll li tigi reintegrata b'dak il-pussess jew f'dik id-detenzjoni. Is-subinciz (1) ta' l-artikolu 791 tal-Kap. 12 jipprovdi illi l-konvenut f'kawza ta'spoll maghmula fi zmien xahrejn "minn dakinhar li jkun sar l-ispoll ma jista' jaghti ebda eccezzjoni li mhix dilatorja". Is-sottomissjoni ta' l-appellant illi z-zmien ta' xahrejn li fih titressaq l-actio spolii ma jibdix jghaddi jekk l-att ikun sar b'mod li jinheba ghal min ikun sofra t-telf ta'pussess protett mil-ligi hi nsostenibbli ghaliex tmur direttament kontra t-termini espressi tal-ligi. Fuq l-iskorta talgurisprudenza interpretat it-terminu a' xahrejn bhala wiehed oggettiv u perentorju li jibda jghaddi minn meta jsir l-att u mhux meta jkun hemm xjenza ta' l-ispoll.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni