Referenza: Volum 37C (1953), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 632

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/01/1953
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
CARMELO VELLA vs COMMISSIONED GUNNER STEWARD R. HONOUR, R.N
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"HIRE PURCHASE SYSTEM" - ART. 1397 U 1422 TAL-KODICI CIVILI - BEJGH TA' HAGA TA' HADD IEHOR - NULLITA'
Fil-Qosor
Meta l-partijiet, f'bejgh ta' mobili, jiftehmu fuq l-oggett u fuq il-prezz, l-oggett jghaddi fil-proprjeta' tax-xerrej minn dak il-mument stess li fih ikun sar il-ftehim, avvolja l-prezz ikun ghadu mathallasx. Jigifieri illi l-bejgh ikun sar. Imma jekk l-oggett ma jkunx tal-bejjiegh, il-bejgh huwa null, ghax ikun bejgh ta' haga ta' haddiehor. Il-bejgh bil"hire purchase system' huwa subordinatghall-kondizzjoni tal-hlas totali tal-prezz, u jsir "reservato dominio" sakemm jigi effettwat il-hlas tar-rati kollha tal-prezz; b'mod li l-proprjeta ma tghaddix ghand ix-xerrej qabel ma jkun thallasil-prezz kollu. Ghalhekk, jekk l-oggett tal-bejgh huwa haga li qieghda ghand il-venditur b'akkwistmaghmul taht il-"hire purchase system", u l-prezz ta' dik il-haga jkun ghadu mhux imhallsa kollu, il-bejgh li jaghmel il-venditur ta' dik il-haga lil hadd iehor huwa null, billi l-haga ghadha ma tappartjenix lill-venditur, imma lil min bieghhielu bil-"hire purchase system".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni