Reference: Volume 36D (1952), Part No. 4, Section , Page 767

Judgement Details


Date
07/06/1952
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs VIOLET SMITH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 99 TAL-KODICI KRIMINALI - ELEMENT INTENZJONALI - KALUNNJA - KWERELA - PROVA
Summary
Ir-reat ta' kalunnja huwa persekwibili "ex officio"; u ghalhekk ma hix mehtiega ghal dik il-prosekwibilita' l-kwerela tal-persuna kalunnjata. Ma hemm xejn kontra l-ligi illi f'kawza ta' kalunnja, fejn il-falsita' ta' l-addebitu trid tigi ndagata, tingieb bhala prova dikjarazzjoni li jkun ghamel il-pretiz kalunnjatur dwar il-verita' jew le tar-rapport, li jkun ghamel b'gurament quddiem il-Qorti f'kawza li tkun saret kontra l-persuna kalunnjata u fejn il-kalunnjatur ikun deher bhala xhud; u dan avvolja huwa jkun gie mressaq bhala xhud f'dik il-kawza mill-Pulizija. Huwa veru li skond il-Ligi Maltija, biex jigi ntegrat id-delitt tal-kalunnja, huwa mehtieg l-element intenzjonali, fis-sens illil-kalunnjatur irid ikun ghamel ir-rapport falz bil-hsieb li jaghmel hsara lil xi hadd; imma hu pacifiku illi dan ifisser illi hu bizzejjed li l-kalunnjatur ikun jaf illi l-inkolpat kien innocenti tar-reat lilu attribwit. U l-kalunnjatur ma jistax jghid li dan l-element huwa nieqes, meta huwa ma setax kien ingannat meta ghamel ir-rapport, u ghalhekk ma jistax jghid li kien in bwona fede meta ghamel l-istess rapport.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info