Referenza: Volum 36D (1952), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 610

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/1952
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
ANTONIO ZAMMIT vs JOSEPH MICALLEF NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"PROPOSAL FORM" - "YEAR OF MAKE" - ASSIKURAZZJONI - KAROZZA - NULLITA' - POLZA TA' L-ASSIKURAZZJONI - RISKJU
Fil-Qosor
Is-subagent ta` kumpannija tas-sikurta` lijimla l-"proposal form" ghal min ikun irid jassikura karrozzza huwa l-madatarju ta` min irid jaghmel dik l-assikurazzjoni, u mhux tal-kumpannija ta` l-assikurazzjoni, fil-waqt lijkun qed jimla l-formula b'inkariku tal-"proposer". B'mod lil-kumpannija mhix responsabbli ghall-izbalji li jsiru anki mis-subagent taghha, fil-mili ta` dik il-formula. il-"proposal form" hija parti integrali tal-polza ta` l-assikurazzjoni; ukwindi dikjarazzjoni falza maghmulafil-formula hija qisha dikajrazzjoni falza fil-polza. L-informazzjoni dwar il-"year of make" ta` karrozza li tkun sejra tigi assikurata hija wiehd mill-elementi tal-kuntratt ta` l-assikurazzjoni tal-karrozza; gahx dik l-informazzjoni certament tinfluwixxi fuq ir-riskju. ir-riskju, f'materja ta` assikurazzjoni, huwa dak kontemplat fil-mument tal-kuntrattazzjoni ta` l-assikurazzjoni ukif espress fil-polza, apparti l-accident li ins egwitu jkun akkada fil-fatt. Jekk fil-"proposal form' jigi moghti dettall lima jikkorrispondiz mal-fatti, u li jkun jinfluwixxi fuq ir-riskju, bhalma hi l-eta` tal-karrozza, il-kumpannija assikuratrici ma hix responsabili ghall-hsara li tigri lill-karozza assikurata, avvolja l-accident li jigri ma jkollux x'jaqsam mac-cirkustanza dikjarata hazin; ghax dik l-indikazzjoni hazina tinvalida l-polza tas-sikurta`.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni