Referenza: Volum 37D (1953), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 900

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/06/1953
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
NEG. JOSEPH DARMANIN PR. ET NE. vs CARMELO MICALLEF PR. ET NE. (DEZERTA FL-APPELL, 28. 10. '53.)
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
GUDIKAT - IDENTITA' TA' L-OGGETT TAD-DOMANDA
Fil-Qosor
Dwar l-identita' tal-haga mitluba, bhala wiehed mir-rekwiziti tal-gudikat, hu pacifikament ammess limhux necessarju illi l-identita' tkun assoluta u materjali, imma tibbasta l-identita' guridika. Kriterju razzjonali biex f'kull kaz jista' jinghad jekk u meta jkun hemm l-identita' ta' l-oggett bejnl-ewwel kawza disposta b'sentenza u t-tieni kawza opposta bl-eccezzjoni tal-gudikat, hu dak li wiehed jezamina jekk il-kwistjoni li tigi sollevata bit-tieni domanda gietx jew le ga deciza bil-gudikatprecedenti; fi kliem iehor, jekk il-punt li jigi diskuss fit-tieni kawza giex jew le gudikat bis-sentenza ta' qabel, jew jekk dik l-ewwel sentenza hallietx dak il-punt impregudikat. Jekk bejn it-talbiet fit-tieni kawza u dak li gie deciz fl-ewwel kawza jkun hemm kontradizzjoni u impossibilita' ta'ko-ezistenza, allura jirrikorri dan ir-rekwizit tal-gudikat, i.e. l-identita' ta' l-oggett.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni