Referenza: Volum 42B (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 404

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
JOSEPH ZERAFA vs JOHN PACE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BOARD TAL-KERA - HANUT - LOKAZZJONI - MAHZEN - REMISSA
Fil-Qosor
Il-fatt li wiehed izomm, f'remissa mikrija ghandu, pony u karrettun li huwa juza biex iqassam lill-parruccani tieghu l-ordinazzjonijiet li dawn jaghmlulu bhala grocer, ma jirrendix dik ir-remissa "hanut". Bejn dik l-uzu tar-remissa u n-negozju ta' dak il-kerrej ma hemmx dik l-accessorjeta' necessarja li ggieghel iz-zewg hwejjeg jitqiesu haga wahda, b'mod li r-remissa titqies "mahzen" fis-sens tal-ligi, jew estensjoni tal-hanut fejn il-kerrej jezercita l-maestjer tieghu ta' grocer. Ir-remissa hi certament utili ghal dak in-negozju, imma mhix talment inseparabbli minnu li tifforma haga wahda mieghu; u ghalhekk ma dgawdix il-protezzjoni tal-ligi bhala "hanut". Dan, s'intendi, jiddependi mic-cirkustanzi tal-kaz; u jghodd biss jekk ma jigix pruvat hag'ohra hlief li l-post gie mikri bhala remissa ghall-pony u karrettun, u xejn aktar.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni