Referenza: Volum 34C (1952), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 426

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/05/1952
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
ANTONIA MIZZI vs STANLEY CHAPMAN ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 99, 100, 103 U 1058 TAL-KODICI CIVILI - PATERNITA' ILLEGITTIMA - PATRIA POTESTA' - RINUNZJA - TFAL - TUTELA LEGALI
Fil-Qosor
Il-vinkolu naturali li junixxi t-tfal illegittimi ma' l-awturi taghhom b'mod guridikamanet effikacijitnissel mir-rikonoxximent, li jista' jsir fl-att tat-twelid jew fl-attijiet l-ohra msemmijin fil-ligi; u dan il-vinkolu jvarja fl-effikacja tieghu skond jekk ir-rikonoxximent ikunx volontarju jew furzat. Il-genitur li jkun irrikonoxxa lit-tifel illegittimu ghandu dwaru t-tutela legali, li, bhal patria potesta', ma tistax tigi aljenata jew ceduta. U ghalhekk l-omm, li ghandha t-tutela legali fuqbintha naturarli, ghandha d-dritt tirrikjamaha minn ghand persuni ohra li ghandhom tkun tinsab, avvolja tkun fdatha ghandhom hija stess; u ma jistax jigi ritenut li hija tilfet dak id-dritt ghax irrinunzjat ghat-tutela legali taghha fuq dik bintha. Il-vantagg tat-tfal ma jikkonsistix fil-benessere materjali biss, imma anki f'dak morali, li huwa ta' natura delikata hafna, u l-isfera tieghu hija, biex wiehed jghid hekk, skonfinata. U l-vantagg tat-tfal illegittimi jrid jigi rigwardat fl-isfond tad-drittijiet li jitnisslu mit-tutela legali favur il-genitur jew il-genituri li jkunu rrikonoxxewhom.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni