Referenza: Volum 34C (1952), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 397

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/03/1952
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
RITA VELLA vs AVV. DR. ALBERTO GANADO ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ADULTERJU - DIVORZJU - DOMICILJU - DRITT KANONIKU - KAN. 1013 PARA. 2 U 1118 TAD-DRITT KANONIKU. - NULLITA' - SEPARAZZJONI PERSONALI - ZWIEG
Fil-Qosor
L-istat personali ta' persuna domiciljata f'Malta huwa regolat mill-ligijiet vigenti f'dawn il-Gzejjer. Fiz-zwiegijiet kattolici f'dawn il-Gzejjer jiffurmaw parti integrali tad-Dritt Civili Taghna d-dispozizzjonijiet tad-Dritt Kanoniku, sakemm ma jkunux modifikati b'ligi espressa; u skond id-Dritt Kanoniku z-zwieg huwa indissolublili hlief bil-mewt ta' wiehed mill-konjugi. Ghaldaqstant, b'ligi espressa, iz-zwieg celebrat f'dawn il-Gzejjer bejn kattolici domiciljati f'Malta huwa indissolubili hlief bil-mewt ta' wiehed mill-konjugi; u s-sentenza ta' divorzju ottenuta f'pajjiz iehor minn wiehed minn dawk il-konjugi hija nulla. Ghalhekk ukoll, jekk wiehed mill-konjugi kattolici, mizzewweg u domiciljat f'Malta, jottjeni sentenza ta' divorzju f'pajjiz iehor u jerga' jizzewweg, u t-tieni zwieg jigi konsumat, dak il-konjugi jirrendi ruhu hati ta' adulterju di fronti ghall-konjugi l-iehor, u jillegittima t-talba ta' dan il-konjugi l-iehor ghas-separazzjoni personali. Biex jista' jinghad li persuna biddlet id-domicilju ta' l-origini taghha mhux bizzejjed il-qaghad twil f'pajjiz iehor barrani ghall-motiv ta' kummerc jew xoghol, anki jekk tkun hadet maghha l-familja, imma jehtieg li jirrizultabi provi precizi u konkludenti li ma kellha ebda intenzjoni li tirritorna. Anzi lanqas huwa bizzejjed li persuna tkun akkwistat id-dimocilju tal-pajjiz fejn tkun marret, ghaliex huwa ammissibili liwiehed ikollu zewg domicilji. Sakemm dak li jkun ma jippruvax b'mod preciz u konkludenti li huwa mhux biss akkwistat domicilju tieghu f'Malta, ma jistax jakkompa l-pretensjoni li ma hux aktar domiciljat f'dawn il-Gzejjer.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni