Referenza: Volum 41B (1957), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 358

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/05/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ANGELO REITANO ET. vs A.I.C. CHARLES CUMBO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI - DELITT U KWAZI-DELITT - KOLPA - PERIT - PROFESSJONISTA
Fil-Qosor
Skond it-teorija prevalenti f'materja ta' danni, delitt hu l-att doluz u kwazi-delitt u l-att kolpuz. Normaltment, taht il-Ligi Akwiljana "et laevissima uclpa venit"; imma fil-kaz ta' professjonista,il-kolpa jehtieg li tkun gravi jew injoranza supina. Fil-kaz ta' professjonista, il-kolpa jehtieg litkun gravi jew injoranza supina. Fil-kaz ta' persuna li tiftah kreditu favur persuna ohra biex dintkun tista' taghmel xi benefikati edilizji, b'dan illi l-flus ghandhom jigu versati fil-hlas ta' dawk il-flus skond ix-xoghol li jkun sar, dak il-ftehim ma jorbotx lill-perit jekk dan kien estraneu ghal dak il-ftehim; imma jekk jirrizulta li l-perit kien jaf b'dak il-ftehim, u li l-mandati li jigi mitlub johrog ghandhom iservu ghal dak il-hlas, huwa responsabbli tad-danni li jikkaguna bil-mandatili johrog, jekk dawn ma jkunux jikkorrispondu mar-realta'. Imma jekk il-ftehim kien li l-flus ghandhom jigu versati bi hlas ta' xogholijiet li jkunu saru, ghandha ssir distinzjoni bejn certifikat lijohrog il-perit dwar xogholijiet effettivament ezegwiti u certifikat dwar xogholijiet li jkunu ghadhom qeghdin isiru. In kwantu ghac-certifikat li jirriferixxi ghax-xoghlijiet effettivament ezegwiti,il-valur ta' dawn ix-xogholijiet ghandu jikkorrispondi mas-somma awtorizzata mill-perit biex tithallas ghal dawk ix-xogholijiet; imma billi jkun hemm xi differenza zghira bejn iz-zewg somom, apparti milli l-opinjoni ta' perit tista' tvarja minn din ta' perit iehor, dan ma jista' qatt jikkostitiwixxidak il-grad ta' kolpa porfessjonali li ggib responsabbilta' ghal danni kontra l-perit. In kwantu ghac-certifikat l-iehor, li jirriferixxi ghal xogholijiet li ghadhom qeghdin isiru, il-kontenut ta' dan it-tieni certifikat ghandu jigi valjat "ut sic", u r-responsabbilta' tal-perit ma ghandhiex tigi gudikata in bazi ghall-ftehim li sar bejn dawk iz-zewg persuni, la darba l-perit kien estraneu ghal dak il-ftehim. Ladarba l-ftehim kien li l-flus kellhom jithallsu ghal xogholijiet li huma "in progress", il-perit huwa responsabbli biss jekk f'dak ic-certifikat jigi asserit il-falz; b'mod li jekk il-kontenut tac-certifikat ikun veru, u x-xogholijiet "in progress" kienu tal-valur li ghalieh il-peritawtorizza l-hlas, dak li fetah il-kreditu jiehu r-riskju huwa meta jhallas minghajr ma jaccerta ruhu li x-xogholijiet ikunu saru, u ma jistghax jakkolla lill-perit bir-responsabbilta' ghad-danni jekkwara jirrizulta li x-xogholijiet li kienu "in korso" fil-fatt ma sarux xoghlijit effettivi. Ghax il-perit ic-certifika biss li x-xogholijiet kienu mexjin. Divers kien ikun il-kaz kieku fl-att tal-apertura tal-kreditu inghad li l-mandati tal-perit kellhom jinhargu ghal xogholijiet effettivament kosturwiti, u kieku jigi pruvat li l-perit, li ma kienx parti fl-att, cjo' non ostante gie nfurmat, jewkien jaf, li l-mandat kellu jkun biss ghal xoghol fil-fatt kostruwit. Id-dannu f'dan il-kaz ma giexkagunat mill-perit bic-certifikat li hu rrilaxxja,imma gie kagunat mill-kreditur stess, li hallas avvolja mic-certifikat irrizultalu li si trattava biss minn xogholijiet "in progress", u ntant ghogbujhallas l-istess bhal kieku x-xogholijiet kienu effettivament kostruwiti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni