Referenza: Volum 41C (1957), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 511

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/11/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ANGIOLINA DEGIORGIO ET. vs CARMELA ATTARD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DEPOZITU - LIKWIDAZZJONI - SERVIGI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Fil-Qosor
Meta tintalab somma mhux determinata, li ghandha tigi likwidata bhala hlas ta' servigi ma jistax jinghad li l-attur ma kienx sokkombenti f'parti tad-domanda tieghu, jekk, ghalkemm huwa jkun talab somma indeterminata, mic-citazzjoni u mit-trattazzjoni tal-kawza jidher li l-pretensjoni tal-attur kienet ezagerata. U ghalhekk l-attur ma ghandux ragun jilmenta jekk jigi kundannat ihallas parti mill-ispejjez tal-kawza. Hu veru li gie sancit fil-gurisprudenza li f'xi kazijiet hu ammess li min ikun interpellat ghall-hlas ta' somma, li hu taghha jikkontrasta l-ammont, jista' jaghmel depozitu ta' somma minnu ritenuta gusta, bir-rizerva ta' supplement, biex b'hekk jehles mir-responsabbilta' ghall-ispejjez gudizzjarji; imma min jitlob hlas ta' servigi ma jistax jinvoka din il-gurisprudenza u jippretendi li kellu jigi mehlus mill-ispejjez kollha tal-kawza, ghax il-parti l-ohra ma ghamlet ebda depozitu favur tieghu, jekk hu qatt ma qieghed lill-parti l-ohra fil-pozizzjoni li tista' tirregola ruhha, sija pure approssimativament, billi huwa qatt ma jkun indikalha s-somma li kien jidhirlu li kienetkumpens adegwat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni