Reference: Volume 40A (1956), Part No. 1, Section 1, Page 143

Judgement Details


Date
07/05/1956
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
CATERINA STELLINI vs ANTONIO GAMBIN
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 793 U 792 (1) (C) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - BOARD TAL-KERA - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI - NULLITA' - SENTENZA
Summary
Huwa veru li d-decizjonijiet jew ordnijiet moghtija mill-Board tal-Kera ghandhom ikunu firmati mic-Chairman u kontro-firmati mir-Registratur; imma n-nuqqas ta' kontro-firma tar-Registratur ma jgibx necessarjament ghan-nullita' tas-sentenza tal-Board li ma jkunx fiha dik il-kontrofirma. Ghax meta quddiem il-Qorti tal-Appell tingieb il-quddiem l-eccezzjoni tan-nullita' tas-sentenza appellata, dik l-eccezzjoni, hlief jekk tkun bazata fuq nuqqas ta' gurisdizzjoni, jew fuq nuqqas ta' citazzjoni, jewfuq illegittimita' tal-persuna, ma tigix milqugha, jekk fis-sustanza taghha s-sentenza tinsab li hija gusta. Ghaldaqstant, jekk in-nullita' eccepita hija nullita' li tirrigwarda l-forma tas-sentenzaappellata, bhal ma huwa n-nuqqas tal-kontrofirma tar-Registratur, ma tigix milqugha jekk is-sentenza tkun sostanzjalment gusta. U lanqas jista' jigi sostnut li dan id-difett jirrendi s-sentenza radikalment nulla u inezistenti, u li ghalhekk ma hemmx lok ghall-ezami jekk is-sentenza appellata hijiex fis-sustanza taghha gusta'; ghax dan hu difett konsistenti fi vjolazzjoni ta' forma mitluba mill-ligi, u meta hu hekk, is-sentenza mhix nulla, imma annullabbli. Ghaldaqstant, f'kaz simili, il-Qortital-Appell ghandha tghaddi ghall-ezami tas-sentenza; u jekk tkun soddisfatta li s-sentenza fis-sustanza taghha hija gusta, l-eccezzjoni tan-nullita' tas-sentenza appellata ma tkunx ammissibbli. Jekkis-sentenza tal-Bord tal-Kera tkun irrespingiet l-eccezzjoni li l-gudizzju mhux integru, dik is-sentenza ma tkunx qatghet ebda punt ta' ligi, jekk il-Board ikun ghamel biss apprezzament tal-provi biex wasal ghal dik il-konkluzjoni. Dan l-apprezzament mhux sindakabbli mill-Qorti tal-Appell, u ghalhekk dik is-sentenza, fuq dan il-punt mhix appellabbli, ghax ma giex rizolut biha ebda punt ta' ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info