Reference: Volume 43E (1959), Part No. 4, Section , Page 1077

Judgement Details


Date
06/06/1959
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
ANTHONY ZAHRA vs ANTHONY MONTANARO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 16 INCIZ (D) TAL-KAP 117 - LIBELL - PARTI ATTIVA FIL-PULITIKA - PROVA - VERITA' TAL-KONVICJU
Summary
Il-Ligi tal-Istampa tenumera tassattivament hames kazi li fihom hija ammissibbli l-prova tal-verita'tal-konvicju; fosthom dak meta l-persuna offiza tkun qeghdha tiehu parti attiva fil-pulitika u l-fatti lilha attribwiti huma dwar il-parti attiva li dik il-persuna tiehu fil-pulitika. Ma hux la opportun, u lanqas prattikabbli, li tigi ntentata definizzjoni tad-dicitura "parti attiva fil-pulitika";ghax il-kazijiet possibbli ta' partecipazzjoni attiva huma wisq zvarjati biex jistghu jigu kompendjati taht ir-rigidita' ta' definizzjoni; u hu aktar logiku li dawk il-kazijiet jigu valjati skond ic-cirkustanzi partikulari taghhom, fid-dawl ta' dawk il-principju li jkunu jghoddu ghalihom. Imma majidherx li jista' jigi dubitat illi min ikun qieghed jiehu parti fl-attivitajiet tad-diversi korpi jew enti kostitwiti minn parti politiku sabiex bihom dan jigi zviluppat, u sabiex jigu propagati l-idejiet tieghu u awmentat in-numru tas-sostenituri, ikun qieghed jiehu parti attiva fil-pulitika. Hekk, min ikun membru ta' kumitat distrettwali ta' partit politiku, jiehu parti fil-konferenzi ta' dakil-partit, u b'modi ohra jikko-opera biex jigu propagati l-fehmiet u l-"policy" ta' dak il-partit, umhux semplicement jipprofessa opinjoni politika, jew semplicement jivvota, jew semplicement jappartjeni lil xi partit, jitqies li hu qieghed jiehu parti attiva fil-pulitika; u fil-kaz ta' libell li hu jaghmel kontra gurnal dwar xi artikolu li jidhirlu li hu ngurjuz ghalieh, il-kwerelat huwa ammessbiex jipprova l-verita' tal-fatti attribwiti lill-kwerelant, jekk dawn il-fatti jirriferixxu ghal dik il-parti attiva li hu jiehu fil-pulitika.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info