Referenza: Volum 37A (1953), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 183

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/05/1953
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
EDWARD RIZZO NE. vs LT. COL. CHARLES E. DAWSON NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ALEA - ART. 698 U 1036 TAL-KODICI CIVILI - EKWITA' - EZEKUZZJONI - KAZ FORTUWITU - KLAWSOLI STAMPATI - KUNTRATT - UZU
Fil-Qosor
Meta c-cirkostanzi jizvolgi ruhhom b'mod li jiggravaw l-ezekuzzjoni ta' kuntratt, id-debitur ma jistax jinvoka dawk ic-cirkustanzi bhala kaz fortuwitu li jintitolah ghal kumpens barrani ghall-ezekuzzjoni tal-kuntratt, jekk dawk ic-cirkustanzi kienu prevedibili u evitabili minnu; ghax f'dan il-kaz il-kaz fortuwitu jkun "culpa determinatus", u ma jistghux il-konsegwenzi jigu riversati fuq il-kontraent l-iehor. L-uzu mhux opponibili f'materja ta' ezekuzzjoni ta' kuntratt, jekk il-pattijiet espliciti tal-kuntratt jidderogaw ghal dak l-uzu. U lanqas ma tista' tigi nvokata l-ekwita' mid-debitur lifl-ezekuzzjoni tal-kuntratt isib ruhu f'cirkustanzi li jirrendulu aktar gravuza dik l-ezekuzzjoni,meta l-pattijiet stipulati huma cari. Il klawsoli stampati f'kuntratt ghandhom jigu moghtija l-forza li ghandhom il-kliem taghhom mill-aspett guridiku. Ghax min jiehu l-alea f'kuntratt ma jistax jilmenta jekk jinkorri fi spiza addizzjonali biex jezegwixxi dak il-kuntratt, ladarba kien jaf x'kienul-pattijiet u kien fi grad li japprezza l-alea li kien qieghed jassumi meta dahal ghall-kuntratt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni