Referenza: Volum 80 (1996), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 811

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/07/1996
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., MANCHE` ALBERT
Partijiet
KUMMISSARJU TA' L-ARTIJIET vs GIUSEPPINA CAMILLERI, CARMELA MATTISON, RITA FARRUGIA, GAETANA AQUILINA, SIBERIA CUTAJAR, FRANCES VELLA U VINCENT CAMILLERI U B'DIGRIET TAT-22 TA' FRAR, 1988 STANTE L-MEWT TA' GIUSEPPINA CAMILLERI, L-ATTI GEW TRASFUZI F'ISEM VINCENT CAMILLERI U B'DIGRIET TA' L-21 TA' APRIL, 1992 L-ATTI TAL-KAWZA GEW TRASFUZI FIL-PERSUNI TA' MICHAEL FARRUGIA U LILIAN CALIGARI MINFLOK RITA FARRUGIA LI MIETET FIL-MORI TAL-KAWZA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLI 25, 26 U 27 TA' L-APPLIKABILITA' TAL-KODICI TA' PROCEDURA CIVILI - KAP. 88 TAL-LIGIJIET TA' MALTA - ORDINANZA DWAR L-AKKWIST TA' ARTIJIET GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - VIZZJU TA' PROCEDURA
Fil-Qosor
Appell minn sentenza tal-Bord ta' l-Arbitragg ta' l-Artijiet. Gie kkontestat l-"Avviz ghall Ftehim"u l-kontestazzjoni principali ta' l-appellanti kienet illi l-art de quo kienet barriera avvjata u moghnija b'materja prima ta' kwalita' superjuri. Irrizulta illi r-rapport tal-Periti Assessuri quddiem il-Bord gie inserit meta l-kawza kienet differita ghas-sentenza u anqas ma jirrizulta li dan ir-rapport gie pprezentat fir-Registru u minn hemm imqieghed fl-Atti tal-kawza bil-konsegwenza li l-ewwel darba li l-appellanti kellhom l-opportunita' li jkunu jafu li s-sottomissjonijiet taghhom, in konnessjoni mal-barriera, kienet fis-sentenza finali. Il-posizzjoni jekk tqum quddiem il-Bord, kwistjoni li mhijiex inkluza taht l-artikolu 26 ta' l-Ordinanza, hija illi l-Bord ghandu japplika l-artikolu26 u jirriserva li dik il-kwistjoni tigi deciza mill-Prim' Awla tal-Qorti Civili u li ghandu jistabbilixxi zmien ghall-parti li tqajjem dik il-kwistjoni li fiha tressaq citazzjoni. Saret referenza ghad-dispost ta' l-artikolu 25(2)(e) tal-Kap. 88 fejn l-atti kollha kellhom jigu pprezentati, mahrugin u nnotifikati skond id-disposizzjonijiet tal-Kodici ta' Procedura Civili. Il-Qorti ta' l-Appell,ghalhekk, annullat is-sentenza tal-Bord u rrimettiet l-atti lura ghal decizjoni u dderigiet il-Bordli, jekk jidhirlu, ghandu japplika d-disposittiv fuq imsemmi ta' l-artikolu 26 tal-Kap. 88.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni