Referenza: Volum 47A (1962), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 1

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/01/1963
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J., HARDING WILLIAM
Partijiet
JOAN ZAMMIT vs ANTHONY ZAMMIT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - MANDAT TA' INIBIZZJONI - NOTIFIKA
Fil-Qosor
Biex il-Qorti tista' tordna l-hrug ta' mandat ta' inibizzjoni kawtelatorju, il-ligi trid biss li l-Qorti tkun soddisfatta illi l-mandat hu necessarju biex jikkawtela d-drittijiet ta' min jitlob il-hrug tieghu, u illi min jaghmel dik it-talba jkollu "prima facie" dawk id-drittijiet. Il-Qorti tista'tkun hekk soddisfatta bi kwalunkwe mod li jidhrilha xieraq u bastevoli, meta jkun hemm cirkostanzi specjali li jissuggerulha dan il-kors, u mhix obligata tinnotifika lill-intimat bit-talba ghall-hrugta' dak il-mandat kontra tieghu u tisimghu qabel ma tordna l-hrug tal-mandat. Din pero' hi diskrezzjoni tal-Qorti. Imma jekk il-Qorti tezigi din in-notifika, trid li tisma' lill-intimat qabel ma tordna l-hrug tal-mandat, u r-rikorrent jinsisti li l-ordni ghall-hrug tal-mandat jinghata minghajr in-notifika preventiva tal-intimat, u ghalhekk jappella mid-digriet li jordna n-notifika, apparti minnjekk jinghatax appell dirett lill-Qorti tal-Appell minn digriet simili, il-Qorti tal-Appell ma tistghax tipprosegwi u tiddiskuti l-appell minghajr il-prezenza ta' kontraditur legittimu minghajr ma jkun prezenti l-kontroparti. Appell hekk maghmul huwa inattendendibbli u null.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni