Referenza: 907/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/04/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
TANTI MARCO vs O.F. GOLLCHER & SONS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ASSIKURAZZJONI, DOVER TAL-ASSIGURAT LI JSEMMI KULL FATT LI RAGJONEVOLMENT GHANDU JHOSS LI HU RILEVANTI GHALL-ASSIKURATUR - ASSIKURAZZJONI, FATTI MATERJALI - ASSIKURAZZJONI, META TERZ JGHIN LILL-ASSIGURAT FIL-MILI TAL-PROPOSAL FORM - ASSIKURAZZJONI, UBERRIMA FIDES
Fil-Qosor
Hu principju bazilari tal-ligi civili li l-kuntratti kollha ghandhom jigu esegwiti bil-bona fidi. Dan japplika aktar u aktar fil-kuntratt ta' assikurazzjoni fejn il-ligi tesigi miz-zewg partijiet kontraenti 'uberima fides'.

Rigward dak li huwa materjali ghall-finijiet tal-hrug tal-polza, apparti li ovvjament l-informazzjoni rikjesta fil-proposal form ghandha titqies li hija dejjem materjali, stante l-importanza anke jekk soggettiva li l-istess assiguratur ikun qed jaghti lill-tali dettaljew domanda, ghaliex altrimenti kieku ma jkunx inkludiha fl-istess proposal form, pero' oggettivament gie stabbilit li fatt huwa materjali ghall-iskopijiet ta`non-disclosure u misrepresentation jekk ikun wiehed li jinfluwenza l-gudizzju ta` assiguratur ragjonevoli u prudenti fid-decizjoni jekk jaccettax ir-riskju u liema premium jitlob jew possibilment jekk jimponix termini partikolari fil-kuntratt bhal eskluzjoni jew excess.

Il-fatt li l-assikurat kellu persuna ohra biex tghinu fil-milital-proposal form ma tbiddilx il-posizzjoni bejnu u min jipprovdi l-assigurazzjoni, ghaliex l-istess formula la darba il-koperta tar-riskju giet accettata, kienet tifforma parti mill-ftehim bejn il-partijiet, u ghalhekk hija fuq il-bazi tal-istess informazzjoni hemm miktuba w accettata mill-assigurat bhala tieghu, bil-firma tieghu fuq l-istess polza li ghandha tigi konsiderata mill-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni