Reference: 725/2003/2

Judgement Details


Date
26/03/2010
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R., CUSCHIERI NOEL
Parties
FENECH JOANNE vs LAGANA MARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI; SMIGH MILL-GDID
Summary
Din is-sentenza hija dwar talba tal-attrici maghmula b'rikors ghas-smigh mill-gdid tal-kawza wara lithassret is-sentenza moghtija minn din il-qorti ghar-raguni illi s-sentenza applikat il-ligi hazina, inghatat fuq haga mhix imdahhla fit-talba u kienet l-effett ta' zball li jidher mill-atti tal-kawza (art. 811(e), (f) u (l) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili).

B'kuntratt fl-atti tan-Nutar Mario Bugeja l-attrici kienet xtrat fond limiti tan-Naxxar. Ghalkemm il-fond deher likien fi stat tajjeb, wara li xtratu l-attrici sabet li kien fih difetti mohbija. Ghalhekk l-attrici fethet il-kawza kontra l-konvenuti u talbet illi l-qorti, wara li tghid illi l-fond li l-attrici xtrat minghand il-konvenuti kellu difetti mohbija li l-konvenuti ma qalulhiex bihom, tghid illi minhabba f'hekk l-attrici garrbet danni, tillikwida dak li l-konvenuti ghandhom ihallsu lill-attrici minnhabba n-nuqqasijiet taghhom, u tikkundanna lill-konvenuti jhallsu lill-attrici s-somma hekk likwidata, flimkien mal-imghaxijiet u l-ispejjez.

Il-Prim'Awla tal-Qorti Civili laqghet it-talbiet tal-attrici u, wara li qieset illi l-azzjoni tal-attrici hija l-actio æstimatoria u illi tassew kien hemm difetti mohbija fil-fond mixtri, ikkundannat lill-konvenuti jhallsu lill-attrici Lm5,250 rapprezentanti d-differenza bejn dak li attwalment hallset l-attrici bhala prezz ta' xiri u dak li messha kienet pronta li thallas minflok, kieku l-imsemmija difetti latenti hi kienet taf bihom minn qabel.

Il-konvenuti appellaw minn din is-sentenza, u l-Qorti tal-Appell laqghet l-appell, hassret is-sentenza appellata, laqghet l-eccezzjoni ta' nullità tac-citazzjoni u cahdet it-talbiet tal-attrici,bl-ispejjez kontra l-istess attrici. Is-sentenza tal-Appell hija ppernjata fuq il-principju li f'kaz ta' difetti latenti l-persuna aggravata ma tistax titlob danni generali, u l-qorti tas-sekonda istanza hasset li l-ewwel sentenza hija repunjabbli proprju ghax l-ewwel qorti “illikwidat id-danni”.

Il-konkluzjoni ta' din il-qorti li l-ewwel qorti tat rimedju iehor flok dak mitlub hija ghalhekk zball li jidher mill-atti tal-kawza u li ghandu jwassal ghat-thassir tas-sentenza. Ghaldaqstant din il-qorti thassar is-sentenza moghtija minn din il-qorti u tordna li l-appell jinstema' mill-gdid.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info