Reference: 527/2005/1

Judgement Details


Date
31/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SAMMUT MARYANNE vs BORG ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; KOMPETENZA TA QORTI
Summary
Il-kompetenza tal-Qorti Inferjuri hi regolata skond id-dixxiplina normattiva fl-Artikolu 47 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili. B'mod generali dik il-Qorti hi hekk komptenti li “tisma'u tiddeciedi l-pretensjonijiet kollha sa l-ammont ta' hamest elef lira” (subinciz 1) u li tiddeciedi wkoll “il-kawzi l-ohra kollha li l-ligi espressament thalli ghaliha” (subinciz 2). L-unika limitazzjoni imposta fuqha mill-istess artikolu huwa dak mahsub fis-subinciz (3) tieghu u, cjoe, fejn “jidhlu kwestjonijiet dwar il-proprjeta` ta' beni immobbli, jew li ghandhom x'jaqsmu ma' servitujiet, pizijiet jew drittijiet ohra mghaqqdin mal-beni immobbli, inkluza kull talba ghal zgumbrament jew tkeccija minn beni immobbli, kemm urbani kif ukoll rurali, mikrija jew okkupati minn persuna li joqghodujew li ghandhom l-abitazzjoni ordinarja taghhom fil-limiti ta' gurisdizzjoni ta' dik il-Qorti”. Dan, indipendentement, mill-valur tat-talba.

It-tema tad-decizjoni mitluba minghand l-Ewwel Qorti kienet wahda ta' accertament tad-dritt lokatizju, ossija ta' ko-inkwilinat vantat mill-attirci appellanti. L-indagini li kellha taghmel l-Ewwel Qorti tad-domanda sottoposta lilha kienet wahda ta'accertament ta' l-ezistenza ta' dak it-titolu, u tali ma jidherx li huwa vjetat li jsir minnha fil-paramentri ta' l-Artikolu 47 tal-Kapitolu 12.

Rigwardata purament il-kwestjoni mill-ottika tal-materja - u mhux ukoll dik tal-valur li l-Ewwel Qorti baqghet ma investietx - il-kontestazzjoni ma kienetx tivverti fuq dritt ta' proprjeta jew pretensjoni ta' zgumbrament, ghal liema tirreferi l-limitazzjoni tal-kompetenza tal-Qorti Inferjuri imposta bis-subinciz (3) ta' l-Artikolu msemmi, izdafuq ir-rikonoxximent, o meno, fl-attrici ta' dak id-dritt personali minnha pretiz.

Fil-fehmata' din il-Qorti ta'l-Appell, il-Qorti ta' grad inferjuri ma wassletx ghal konkluzjoni gusta. Kiekul-Ewwel Qorti zammet ruhha fil-parametri tat-talba kif koncepita, gwidata mit-tifsira legali li tohrog mill-Artikolu 47 (3) tal-Kapitolu 12, unitament ma' dik ta' l-Artikolu 310 taht il-Kodici Civili, kienet issib li l-kompetenza taghha ma kienetx ratione materie ezawtorata. Jekk hemm bzonn jigi ripetut, il-mertu ma kienx jinvolvi decizjoni dwar proprjeta` ta' beni immobbli jew kwestjoni dwar drittijiet reali ohra. Dan la implicitament u, wisq anqas, direttament. Minn imkien mill-kontestazzjoni allura ma tista' din il-Qorti tasal ghall-istess konkluzjoni li waslet fiha l-Ewwel Qorti.

Ghaldaqstant din il-Qorti ta'l-Appell laqet' l-appell ta' l-attrici u rrevokat s-sentenza appellata. Iddecidiet, minflok, illi l-Qorti tal-Magistrati (Malta) hi kompetenti ratione materiae biex tiehu konjizzjoni tal-mertu u, konsegwentement, tirrimanda l-atti lura quddiem dik il-Qorti ghal kontinwazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info