Reference: 2/2003/1

Judgement Details


Date
03/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
TANTI ROSE ET vs R.C.M.J COMPANY LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; ZGUMBRAMENT MINHABBA KSUR TA OBLIGI TAL-KERREJ
Summary
Ir-rikorrenti ddikjaraw illi huma jikru lis-socjeta ntimata l-garage numru 92, Depiro Street, Sliemaversu l-kera ta' Lm290 fis-sena pagabbli kull tlett xhur bil-quddiem. L-esponenti jitolbu bir-rispett illi l-Bord li Jirregola l-Kera jawtorizza lir-rikorrenti jirriprendu l-pussess liberu u vakanti tal-fond de quo u konsegwentement ghalhekk jordna lill-intimati jizgumbraw ‘il barra mill-istess fi zmien qasir u perentorju li jkun joghgbu jiffissa l-istess Bord. Minn naha taghhom, l-intimati jecepixxu illi t-talba tal-atturi ghandha tigi michuda bl-ispejjes stante li hija nfondata fil-fatt u fid-dritt, u dan peress illi kwalsiasi hsarat li zvillupaw fil-fond meritu tal-kwistjoni ma sarux minhabba negligenza jew nuqqas ta' kura da parti tal-intimati. L-intimat iqis illi huwa mexa bhala bonus paterfamilias f'kull azzjoni tieghu biex jirmedja s-sitwazzjoni.

Il-Bord li Jirregola l-Kera laqa' t-talba tar-rikorrenti u awtorizzhom jirriprendu l-pussess liberu u vakanti tal-fond u ordna lill-intimati jizgombraw il-fond. L-intimati appellaw minn din is-sentenza.

L-Artikolu 1126 (1), Kodici Civili jghid illi “fl-obbligazzjoni li biha wiehed jintrabat li jaghti haga, tidhol l-obbligazzjoni li jikkunsinna l-haga, u li jikkonservaha sal-kunsinna”. B' mod partikulari, fil-kazta' lokazzjoni, il-kerrej ghandu l-obbligu jaghti l-fond lura fl-istess stat, presumibilment tajjeb,li jkun ircevih (Artikolu 1559, Kodici Civili). Minn dan jitnissel li l-obbligu tal-konservazzjonital-haga jqieghed a kariku tal-kerrej l-impenn li jikkustodixxi l-fond.

Il-kerrej irid dejjem (i) jivvigila fuq l-integrita` u l-inkolumita` tal-haga, (ii) li jiehu l-kawteli kollha ghall-konservazzjoni taghha , (iii) li jipprevedi ghat-tiswijiet li jmissu lilu skond l-Artikolu 1556, u (iv) li javza mill-ewwel lis-sid bil-htiega li dan jipprovdi ghar- riparazzjonijiet li ghalihom hu responsabbli. Biex inkwilin verament ikun adempixxa ma' dik id-diligenza li jsemmi l-Artikolu 1554 (a)huwa ghandu mhux biss jevita li jsir dannu materjali fil-fond mikri imma wkoll li jevita pregudizzjuindirett lil-lokatur bl-inazzjoni tieghu. Hu ghalhekk leziv ta' l-interessi tas-sid meta, kif inhufil-fattispeci l-kaz hawnhekk, il-kerrej ma jivvigilax b' mod adegwat fuq l-integrita` tal-fond jew, li hu aghar, jibqa' passiv u ma jittutelax kif jixraq l-interessi patrimonjali tas-sid.”

Din il-Qorti ta'l-Appell tosserva illi la s-socjeta` appellanti kienet konsapevoli mill-istat ta' fatt tal-perkolazzjoni ta' l-ilma bil-konsegwenti hsara fis-saqaf, kien certament jinkombi lilha, ankorke dik l-istess hsara ma avveratx b'att jew ommissjoni taghha proprja, illi ma thallix dik il-hsarataccentwa progressivament ruhha sakemm lahqet dik il-proporzjoni li tallertaha ghall-perikolozita taghha. Avzat, jew ma avzatx lis-sidien, kien dejjem jaggrava fuqha, qua inkwilina diligenti, li tiehu certi rimedji biex il-hsara ma tipprogredix ruhha.

L-inadempiment gravi fis-socjeta` appellanti, jikkonsisti minn nuqqas ut sic tax-xoghlijiet rimedjali fiz-zmien li l-istat tal-hsara kienet hekk tinnecessita u tesigi, u mill-inkurja taghha li per via legale tisforza lis-sidien tal-fond mikri lilha biex jaffrontaw il-problema. Dan kollu kombinat ma' dik ta' l-inerzja taghha ghal tul apprezzevoli ta' zmien meta kienet hekk konxja mill-problema.

Ghaldaqstant din il-Qorti ta'l-Appell tiddeciedi billi tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez anke ta' dinl-istanza kontra s-socjeta` appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info