Reference: 4/2003/2

Judgement Details


Date
03/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CASINO EMPLOYEES' UNION vs DRAGONARA CASINO LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; RITRATTAZZJONI A BAZI TA L-ARTIKOLU 811(1) TAL-KAP 12 TAL-LIGIJIET TA MALTA
Summary
Kif spjegat din il-Qorti ta' l-Appell fis-sentenza taghha tat-28 ta' Gunju 2007, fil-kawza fl-ismijiet Vella et v. Farrugia et, il-garanzija trid issir bid-depozitu ta' flus sa jumejn qabel ma jibda jinstema' l-appell. Intqal f'dik is-sentenza li,
"La darba l-Artikolu 815 jitlob li l-garanzija tinghata "skond l-Artikolu 249", mhux mistenni li r-ritrattand, mal-prezentata tar-rikors, jannetti garanzija bankarja jew ta' xi terz iehor, ghax li trid il-ligi hi garanzija skond l-Artikolu 249, u dan l-Artikolu jikkontempla depozitu ta' flus li jista' u ghandu jsir wara li s-somma tkun giet stabbilita mir-registratur, u sa gurnata qabel ma jibda jinstema' il-kaz."

F'dan il-kaz, dan id-depozitu ma sarx, u kwindi l-kawza ta' ritrattazzjoni ghandha titqies li marret dezerta. Mid-disposizzjonijiet relevanti tal-ligi jitnissel illi,

"...il giudizio di ritrattazione ha un dupliceoggetto, quello di far annullare una sentenza passata tra le parti in giudicato e l'altro di riaprire la trattazione della causa e provocare un'altra sentenza". Dan il-gudizzju hu kompost minn zewg stadji distinti: "rescindente" u "rescissorio". Jekk ma jissemmiex l-ewwel wiehed ma tistax tghaddighat-tieni. "Il-ligi ghalhekk trid li qabel xejn tigi mhassra jew revokata in toto s-sentenza impunjata billi minghajr dan it-thassir totali mhux possibbli li l-kawza tigi trattata mill-gdid. Huwa biss wara li jkun sar dan li tista' issir it-trattazzjoni mill-gdid tal-kawza billi sakemm dak it-thassir ma jkunx sar, dik is-sentenza tkun ta' ostakolu ghar-riezami tal-kawza."

Il-ligi taghnatal-procedura, ghalhekk, trid u tesigi li qabel xejn ghandha tigi mhassra jew revokata s-sentenza impunjata billi minghajr dan it-thassir mhux possibbli li l-kawza tigi trattata mill-gdid. Huwa bisswara li jkun sar dan li tista' issir it-trattazzjoni mill-gdid tal-kawza, billi sakemm dak it-thassir ma jkunx sar, dik is-sentenza tkun u tibqa' ta' ostakolu ghar-ri-ezami tal-kawza.

F'dan il-kaz, ir-rikorrenti ma talbux li, qabel xejn, din il-Qorti thassar u tirrevoka s-sentenza li kienettat fit-12 ta' Dicembru 2007, u l-procediment ghandu, ghalhekk u f'kull kaz, jitqies li hu null.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info