Referenza: 8/2007

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/04/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
HALES JOE vs DIRETTUR TAS-SIGURTA SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PENSJONI; HLAS TA PENSJONI TAR-ROMOL
Fil-Qosor
Sitt snin fuq il-mewt ta' martu l-appellat applika ghall-Pensjoni tar-Romol. Id-Dipartiment approvalu din it-talba. L-appellat ressaq gravam quddiem l-Arbitru biex jitlob li l-beneficcju minnu rikjest jinghatalu b' sehh mid-data tal-mewt ta' martu. L-Arbitru laqa' dan l-ilment lilu sottopost ghaxirraguna illi d-Dipartiment kien messu, fit-termini tal-policy minnu stess adottata, baghat javza lill-appellat bid-dritt tieghu ghal din ix-xorta ta' Pensjoni.

F' termini rigidament legalistici meta ligi tippreskrivi l-mod u terminu ghall-prosegwiment ta' xi dritt, ma jistax, imbaghad, il-parti jippretendi illi ghan-nuqqas tieghu li josserva dik l-modalita jew li jottempera ruhu fit-terminu preskritt huwa ghandu xorta wahda jikkonsegwi l-beneficcju intier ta' dak id-dritt pretiz minnu.Dan ghaliex, kif saput, l-injoranza ta' ligi li tkun fis-sehh ma tistax titqies skuzabbli.

Opportunement, pero`, tajjeb jigi registrat ukoll il-hsieb sekolari illi “la presunzione che il cittadino conosce la legge non dev' essere troppo spinto ed indistintamente sempre applicata.”

Din il-Qorti tghid illi gjaladarba l-ligi kienet taffida lid-Direttur b' diskrezzjoni prudenzjali, kien jinhass xieraq illi huwa, bl-uzu ta' dik l-istess diskrezzjoni, ikejjel id-decizjoni tieghu b' modgust u sewwa u mhux bi prekoncetti legalistici.

Ghal dawn il-motivi din il-Qorti, filwaqtli legalment ma ghandhiex xelta ohra hlief li tilqa' l-appell, vivament tirrakkomanda lid-Direttur appellant biex bl-ezercizzju tad-diskrezzjoni tieghu jilqa' t-talba ta' l-appellat ghall-konsegwimenttal-hlas ta' l-arretrati tal-Pensjoni tar-Romol.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni