Referenza: 12/2007

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/03/2008
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPETTUR ALEXANDER MIRUZZI) vs FALZON LORRAINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKLU 7 TAL-KONVENZJONI EWROPEJA
Fil-Qosor
Ir-rikorrenti kienet giet akkuzata quddiem il-Qorti tal-Magistrati u akkuzata talli fil-Bajja tal-Gnejna, f'xatt il-bahar kienet gharwiena jew ma kinitx liebsa xieraq, u dan bi ksur ta' l-artikolu 338tal-Kap 9 tal-Ligijiet ta' Malta.Ir-rikorrenti appellat minn dina s-sentenza billi sostniet li l-fatt ma kienx jikkostitwixxi reat. Quddiem il-Qorti ta' l-Appelli Kriminali r-rikorrenti kienet talbetreferenza Kostituzzjonali li tiskaturixxi mill-incertezza tal-ligi fl-artikolu 338(q).

L-artikolu 338(q) tal-Kap 9 jipprovvdi li:
Huwa hati ta' kontravvenzjoni kontra l-ordni pubbliku, kull min -
(q) fil-portijiet, fi xtut il-bahar jew f'lok iehor pubbliku, jinza' gharwien jew ma jkunx liebes xieraq'.

Bl-emenda introdotta ghal dan l-artikolu bl-Att XLI tas-sena 1933, li dak iz-zmien kien enumerat 339(21), il-kontravvenzjoni ta' min, fil-portijiet, fuq l-ispjageg marittimi,vicin l-abitat, jesponi ruhu gharwien, biex jghum jew biex jistghad jew jigbor il-frott tal-bahar,giet mibdula biex tinkludi ukoll dik ta' min fil-portijiet, fuq l-ispjageg marittimi jew f' kull post iehor pubbliku, jesponi ruhu gharwien jew mhux liebes xieraq.

Ir-rikorrenti qed tikkontesta l-ahhar parti ta' dana s-sub-artikolu billi ssostni li ma hemmx fil-Kap 9 f'hiex jikkonsisti r-reat bhala fatt u ghalhekk dan jikser l-artikolu 7 tal-Konvenzjoni Ewropeja. Ghalhekk ir-rikorrenti qedtikkontesta l-parti tas-subartikolu 338(q) li giet mizjuda bl-emenda tal-1933.

Ai terminu ta' artikolu 7 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem:-
(i) huwa projbit li persuna tigi akkuzata b' reat meta fil-mument meta hija ikkommettiet l-att, dak l-att ma kienx jammonta ghal reat , i.e. retroactive application of a criminal offence;
(ii) persuna tista' titressaq biss ghalreat illi kien jammonta ghal tali meta gie kommess l-att;
(iii) isegwi illi sabiex tkun taf jekkl-azzjoni hijiex wahda kriminali jew le, jehtieg li l-ligi li tikkostitwixxi dak ir-reat tkun accessibbli u cara, i.e. “legal certainty.”

Fil-ligi ma hemmx definizzjoni ta' ‘ilbies xieraq' udan ma jistax ikun mod iehor billi l-ligi qeghdha hemm biex tistabbilixxi l-principju biss u sta ghal Qorti li tezamina l-fatti ta' kull kaz u twiezinhom u tasal ghall konkluzzoni taghha jekk dawk il-fatti jammontawx ghall ilbies xieraq jew le.

L-ahhar parti ta' l-artikolu 338 (q) tal-Kap 9 ghandha tigi interpretata fid-dawl ta' l-ewwel parti ta' l-istess artikolu, f'liema parti wiehed isibespressjoni cara ta' l-elementi tal-kontravenzjoni in kwisjtoni. Fit-tieni parti l-uniku fatt li hemm huwa li persuna trid tkun liebsa xieraq. Issa li mara tkun gharwiena hlief ghal qalziet (topless) mhux meqjuz fis-socjeta' maltija bhala ilbies xieraq kif inhi l-ligi llum. Hu ghalhekk ukoll li dan l-artikolu m'ghandux jinqara in vacuo izda ghandu jinqara u jinftiehem fil-kuntest ta' ordni pubblika vigenti f'Malta. Ghalhekk il-Qorti tikkonkludi li fil-kaz in ezami ma kien hemm ebda ksur ta'l-artikolu 7 tal-Konvenzjoni Ewropeja.





Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni