Reference: 232/1999/1

Judgement Details


Date
09/06/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
DEMAJO ANTHONY vs KUMMISSJONI KONTROLL ZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, RAPPORT BEJN AZZJONI TAHT L-ARTIKOLU 469A TAL-KAP. 12 U APPELL AI TERMINI TA` L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA` L-IZVILUPP
Summary
Il-kompetenza tal-Qorti ta' l-Appell f'appelli minn decizjonijiet tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar hija limitata ghall-skrutinju fuq punt ta' Ligi deciz mill-Bord, u bl-ebda mod ma testendi ghall-judicial review taht l-Artikolu 469A tal-Kap. 12.

Allura fil-kompetenza taghha bhala Qorti ta' l-Appell minn decizjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Ippjanar hija qatt ma tista' tigi mitluba sabiex taghmel dan l-ezercizzju ta' stharrig gudizzarju ta' azzjoni amministrattiva, stante li dan l-isharrig fil-maggoranza tal-kazi jinkludi ezami kemm tal-fatti esposti fil-kaz in partikolari, kif ukoll tal-ligi applikabbli, u dan apparti li r-rimedji ghall-istess a differenza minn dak quddiem din il-Qorti huma wkoll ben differenti kif jista' jigi indikat bhala ezempju mill-Artikolu 469A(5) li jimmontempla wkoll talbiet ta' danni, apparti n-nullita` ta' l-istess att amministrattiv.

F'dinil-veste il-Qorti ta' l-Appell qed tagixxi biss bhala Qorti tat-tieni istanza u anke l-ezami taghhahuwa hekk limitat fid-disposizzjoni ta' l-Artikolu 15(1) tal-Kap 356, b'mod li hija tista 'biss tezamina d-decizjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Ippjanar fuq punti ta' ligi decizi mill-Bord, b'dan ghalhekk li r-rikors lejn din il-Qorti taht il-Kap 356 u l-azzjoni quddiem il-Qrati ordinarji taht id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 469A tal-Kap 12 huma ghal kollox differenti u distinti minn xulxin,u certament li wahda ma ghandha qatt telimina jew tissostitwixxi ruhha ghal ohra, anke peress li z-zewg azzjonijiet, flimkien ma' ohrajn, huma disponibbli ghal kull persuna, kollox skond in-natura tal-lamentela jew aggravju taghha, skond ir-regoli rispettivi, inkluz procedura u principji sostantivi, u r-rimedji differenti li japplikaw ghal kull kaz in partikolari, li huwa impossibbli li jigu elenkati kollha f'din is-sentenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info