Reference: 425/2000/2

Judgement Details


Date
29/04/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
TESTAFERRATA NICHOLAS JENSEN PRO ET NOE vs SPITERI DEBONO ANNA MARIA NOBBLI PEN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DIVIZJONI, EKWIPARAZZJONI - DIVIZJONI, KOMODAMENT DIVIZIBBLI - DIVIZJONI, META JKUN HEMM SPROPORZJON KONSIDEREVOLI FL-ISHMA TAL-KOMPROPRJETARJI - DIVIZJONI, PRINCIPJI REGOLATURI TAL-BEJGH IN LICITAZZJONI
Summary
Huwa rikonoxxut li f'qasma ta' proprjeta` ordnata mill-Qorti mhux mehtieg li kull sehem ikun ugwali.L-Artikolu 504 tal-Kap. 16 jiddisponi li "Meta wiehed jigi biex jifforma u jaqsam l-ishma .. ghandujfittex li jdahhal f'kull sehem l-istess kwantita` ta' hwejjeg mobbli, immobbli, jeddijiet jew krediti ta' l-istess xorta u ta' l-istess valur."

Din id-disposizzjoni ma tirrikjedix illi fil-kaz li ma tkunx tista' tigi segwita "ad litteram" il-beni mmobbli kollha ghandhom jigu mibjugha in licitazzjoni. Il-licitazzjoni ssir inevitabbli biss fejn il-beni komuni ma jkunux komodament divizibbli jew fejn ikun hemm xi beni illi ebda wahda mill-partijiet ma tkun tista' jew ma tkun trid tehodhom. Il-mezz normali biex wiehed johrog mill-komunjoni hija d-divizjoni; u meta din hija possibbli u pratikabbili, anki b'xi sagrificcju ta' importanza sekondarja, il-Qorti ma ghandhiex tghaddi ghar-rimedju estrem tal-licitazzjoni. F'dik is-sentenza din il-Qorti osservat li "Ghalhekk il-kwistjoni kollha tirriduci ruhha f'jekk id-divizjoni materjali hix possibbli."

Jekk id-divizjoni tkun sertirrizulta fi sproporzjon fl-ishma li jkunu ser jircievu l-kondividendi in relazzjoni mal-ishma taghhom, b'mod li jkunu necessarji ekwiparazzjonijiet eccessivi, li bihom, minn banda, id-divizjoni tinbidel kwazi f'bejgh furzat, u mill-banda l-ohra taggrava zzejjed lil min ikollu jhallas l-ekwiparazzjoni, wiehed ghandu jirrikorri ghal-licitazzjoni.

Ma tistax issir likwidazzjoni ta' ekwiparazzjoni mhux fuq il-valur prezenti tal-fond in divizjoni, izda in relazzjoni ma valur futur "potential future development".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info