Reference: 281/2004/1

Judgement Details


Date
18/03/2005
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
RIKORS TAL-KAZIN TAL-BANDA TA' SAN LEONARDO TA' HAL KIRKOP vs X
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, EZEKUZZJONI TA` DECIZJONIJIET MOGHTIJA MILL-QORTI EWROPEA TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM
Summary
Il-Qorti ta' Strasbourg mhix parti mill-organizzazzjoni gudizzjarja ta' Malta. Il-Qorti Kostituzzjonali - l-Qrati Maltin kollha - ma humiex marbuta li jsegwu bil-ghama il-gurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'materja li tirrigwarda l-konvenzjoni u b'mod partikolari l-interpretazzjoni tal-artikoli sostantivi tal-Konvenzjoni inkorporati fl-Ewwel Skeda tal-Kap. 319; id-decizjonijiet ta' dik il-Qorti ghandhom biss valur perswaziv.

Fil-kaz in dizamina, pero`, il-kwistjoni ma hix ta' "interpretazzjoni u applikazzjoni" ta' xi wiehed minn dawn l-artikoli sostantivi tal-Konvenzjoni, izda ta' l-ezegwibbilta` f'Malta ta' decizjoni ta' organu gudizzjarju "barrani". Din evidentement mhix xi haga gdida - hekk insibu l-Artikoli 826 sa 828 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili dwar l-esekuzzjoni f'Malta ta' sentenzi moghtija minn Qrati kompetenti ta' pajjiz barra minn Malta; il-Kapitolu 52 dwar l-Esekuzzjoni Reciproka ta' Sentenzi ta' Tribunali Inglizi; l-Artikoli 23 sa 28 tal-Att dwar iz-Zwieg (Kap. 255) dwar ir-rikonoxximent u l-esekuzzjoni f'Malta, bl-intervent tal-Qorti ta' l-Appell, ta' decizjonijiet tat-Tribunali Ekklesjastici tal-Knisja Kattolika uta' digrieti tal-Pontefici Ruman "super matrimonio rato et non consummato".

L-Artkolu 6 tal-Kap. 319 jipprovdi li decizjoni moghtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ".tista' tigiesegwita mill-Qorti Kostituzzjonali f'Malta, bl-istess mod bhal decizjonijiet moghtija minn dik il-Qorti u [li] jigu esegwiti minnha." - fit-test Ingliz ".may be enforced by the Constitutional Courtin Malta, in the same manner as judgments delivered by that court and enforceable by it.".

Il-lokuzzjoni adoparata mill-legislatur, u b'mod partikolari l-uzu tal-kelma "tista'" (u mhux "ghandha"), tfisser li l-Qorti Kostituzzjonali, filwaqt li ghandha tassigura li, sa fejn hu possibbli, ir-rikorrent ikollu rimedju effettiv skond id-decizjoni tal-Qorti ta' Strasbourg, mill-banda l-ohra ma ghandu jsir xejn li b'xi mod, direttament jew indirettament, imur kontra l-ordinament guridiku Malti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info