Reference: 310/1990/2

Judgement Details


Date
28/02/2005
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
GHIGO ATTILIO vs DIRETTUR GHALL-AKKOMODAZZJONI SOCJALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI - ORDNI TA` REKWIZIZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI - ORDNI TA` REKWIZIZZJONI HUWA ATT INSTANTANEU - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI - ORDNI TA` REKWIZIZZJONI LI JKUN SAR QABEL IT-30 TA' APRIL 1987
Summary
L-att ta' rekwizizzjoni huwa att istantanju li jikkonsma ruhu kif appena l-awtorita` pubblika tiehuc-cwievet ossia l-pussess tal-fond. Pero` dak li qed jilmenta minnu l-appellant huwa proprjament mhux l-att ta' rekwizizzjoni per se daqs kemm il-fatt, li jirrikorri kull darba li tithallas il-kera, ta' l-allegat sproporzjon bejn il-kera percepita u l-interferenza mat-tgawdija tal-proprjeta` tieghu,u dan fil-kwadru ta' dak minnu allegat ta' "hardship" ghad-diversi ragunijiet migjuba fir-rikors promotorju. Din hija cirkostanza - proprjament cirkostanza rikorrenti. Ghalhekk ma kienetx korretta l-ewwel Qorti meta qalet li l-azzjoni ma kienitx proponibbli minhabba l-Artikolu 7 tal-Kap. 319 billilr-requistion kienet sehhed qabel it-30 ta' April 1987.

L-ordni ta' rekwizizzjoni huwa maghmul in forza ta' ligi intiza biex tikkontrolla "l-uzu ta' proprjeta` skond l-interess generali". Fl-implimentazzjoni ta' policies ta' natura socjo-ekonomika, il-margini ta' apprezzament moghtija lill-Istat huma wiesgha hafna.

Fir-rigward ta' l-espressjoni "interess generali" il-Qorti Ewropea wkoll accettat li l-iStat ghandu a wide margin of appreciation u l-Qorti tirrispetta l-gudizzju tal-legislatura kemm-il darba dan ma jkunx manifestament minghajr bazi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info