Referenza: 2080/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
ZAMMIT MARY ANNE vs ELLUL ANTONIA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SUCCESSJONI, LEGITTIMA - KIF TIGI KALKOLATA - SUCCESSJONI, LEGITTIMA - KOMPUTAZZJONI TA` - SUCCESSJONI, LEGITTIMA - ZMIEN RELEVANTI GHALL-KOMPUTAZZJONI TA`
Fil-Qosor
Fil-komputazzjoni tal-legittima hemm zewg stadji, l-ewwel wiehed huwa biex jigi determinat kienx hemm lesjoni tal-porzjoni tal-legittima dovuta lill-legittimarju u t-tieni wiehed fil-likwidazzjoni ta'dik il-legittima billi jigi estrapolat dak li ghandu jinghata lill-legittimarju in sodisfazzjon tad-dritt tieghu.

Kwantu ghall-valutazzjoni tal-beni in konnessjoni mad-determinazzjoni tal-porzjon legittima li ghall-finijiet tal-operazzjoni preliminari ta' komputu li hi r-rijunjoni fittizjata' l-assi ereditarju in kwantu diretta ghar-rikorstruzzjoni tal-patrimonju kollu tad-decujus (li l-ligi tikkunsidra bhala terminu ta' riferiment ghad-determinazzjoni tal-kwota disponibbli u, b'rifless, ta' dik indisponibbli, anki biex talvolta - dik li tidher kwistjoni centrali f'dan il-kaz - tigiaffermata jew eskluza l-ezistenza tal-lezjoni tal-legittima) bilfors wiehed irid jirriporta ruhu ghall-valuri fiz-zmien ta' l-apertura tas-successjoni, tenut kont naturalment f'dan ir-rigward tad-disposizzjonijiet rilevanti tal-ligi relattivi ghall-kollazzjoni.

Dan il-principju jezawrixxi ruhu fil-fissazzjoni tal-kriterju li ghandu jigi segwit ghall-kalkolu tal-valur ta' l-assi u tal-kwotatal-legittima; izda jekk il-legittima ma gietx sodisfatta u, trattandosi ta' beni in natura (mhux flus), ikkonvertiet ruha, fil-kazijiet fejn dan hu konsentit mil-ligi, fi dritt ta' kreditu fi flus id-dritt tal-legittimarju ghandu bhala oggett "un bene reale" u l-"aestimatio rei" ghandha tkun riferita ghaz-zmien tal-konversjoni, cioe` z-zmien l-iktar qrib possibbli ghall-pronunzja gjudizzjali u tenut kont ghalhekk ta' xi sopravenuta svalutazzjoni monetarja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni