Reference: 16/2003/1

Judgement Details


Date
10/01/2005
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
IL-PULIZIJA vs ZAMMIT ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NE BIS IN IDEM - PROCEDURI DIXXIPLINARI MILL-AWTORITAJIET TAL-HABS
Summary
Il-Konvenzjoni Ewropea tiddisponi li:

"4(1): Hadd ma jista' jkun ipprocessat jew jerga jigi kkastigat ghal darb'ohra fi procedimenti kriminali taht il-gurisdizzjoni ta' l-istess Stat ghal xi reat li dwaru jkun diga` gie finalment liberat jew misjub hati skond il-ligi u l-procedura penali ta'dak l-Istat."

Din id-disposizzjoni ghandha l-ghan li, salv ghall-eccezzjoni fit-tieni inciz taghha - eccezzjoni li pero` ma hiex relevanti ghall-finijiet ta' din il-kawza - tassigura li persunama tigix assoggettata darbtejn ghal proceduri li jkunu essenzjalment ta' natura penali ghall-istessreat, salv naturalment, li l-ewwel proceduri jkunu gew finalment konkluzi (cioe` l-ewwel decizjonitkun ghaddiet in gudikat).

Din id-disposizzjoni - apparti li ma tipprojbix li persuna tghaddi proceduri penali ghall-istess reat fi Stat iehor - ma tipprojbix li persuna tigi processata darbtejn meta l-istess fatt jaghti lok ghal proceduri penali u ghal proceduri ta' natura ohra, bhal, per ezempju, proceduri dixxiplinari.

Il-kriterji sabiex issir id-determinazzjoni jekk proceduri humhiex ta' indole kriminali huma bazikament tlieta: (a) il-klassifikazzjoni tad-disposizzjoni taht il-ligi domestika, (b) in-natura tar-reat, u (c) in-natura u l-gravita` tal-piena.

Fil-kaz indizamina l-appellati gew akkuzati (skond il-proceduri interni tal-habs) taht disposizzjonijiet tar-Regolamenti dwar il-Habs kjarament intizi sabiex tinzamm id-dixxiplina fil-Habs ta' Kordin. Effettivament huma t-tlieta gew misjuba hatja mill-Bord taht l-istess Regolamenti u kkundannati l-massimu ta'loss of remission fuq din l-akkuza, liema sejbien ta' htija u piena.

Tali piena ta' loss ofremission hija piena "kriminali" u mhux semplicement dixxiplinari ghall-finijiet tal-Konvenzjoni, udan minhabba n-natura (telf ta' liberta` personali) u s-severita` taghha, b'mod ghalhekk li anke l-proceduri li wasslu ghaliha kienu wkoll fir-realta` ta' natura penali u mhux semplicement dixxiplinari.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info