Referenza: 215/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/11/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
CARUANA SILVIA ET vs GENOVESE MARY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOMPROPRJETA`, OBBLIGI FIT-TGAWDIJA TA` HWEJJEG IN KOMUN - KOMPROPRJETA`, PUSSESS ESKLUSSIV MINN WIEHED MILL-KOMPROPRJETARJI
Fil-Qosor
Hawnhekk l-atturi u l-konvenuta kienu ahwa u wirtu in komproprjeta` d-dar fejn il-konvenuta kienet tghix ma' missier il-partijiet. L-atturi talbu li jinghataw cavetta ta' l-imsemmi fond.

Il-Qorti qieset l-Artikolu 491 tal-Kodici Civili li jiddisponi li kull komproprjetarju jista' jinqeda bil-hwejjeg in komun, basta -

(a) li jinqeda bil-haga skond id-destinazzjoni taghha kif stabbilita bl-uzu;

(b) li ma jinqediex bil-haga kontra l-interess tal-komunjoni, jew b'mod li ma jhallix lill-komproprjetarji l-ohra jinqdew biha in komun skond il-jeddijiet taghhom.

Skond il-gurisprudenza komproprjetarju jista' jibqa' fit-tgawdija eskluziva tal-haga in komun, almenu sal-qasma,jekk hu jkun fit-tgawdija eskluziva ta' l-oggett minn qabel ma tinholoq il-komproprjetà.

Il-qorti qieset li kienet tasal biex taqbel mal-konvenuta illi t-talba ta' l-atturi biex ikollhom cavetta tal-fond kienet ad æmulationem tantum li kieku ma ngibitx prova illi l-konvenuta kienet qieghda toqghod fil-fond kontra r-rieda tal-missier u ta' l-omm meta dawn wehedhom kienu s-sidien tal-proprjetà u l-partijiet kienu ghadhom ma sarux komproprjetarji bil-mewt tal-missier. Billi, izda, t-tgawdija tal-konvenuta kienet wahda abuziva, u ex iniuria non oritur ius, il-qorti qieset illi dak li kienu qeghdin ifittxu l-atturi kien illi jharsu l-jeddijiet taghhom bhala komproprjetarji u ma kellhiex,billi tichad it-talbiet ta' l-atturi, thalli illi l-konvenuta tiehu vantagg mill-ghemil illecitu taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni