Reference: 1425/1999/1

Judgement Details


Date
28/07/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
ALCASONS & COMPANY LTD NOE vs TIGNE DEVELOPMENT COMPANY LTD NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT, RAGUNI TAJBA GHAT-TERMINAZZJONI TA` - APPALT, TERMINAZZJONI UNILATERALI TAL-APPALTANT
Summary
Il-ligi tippreskrivi li, min jaghti appalt lil haddiehor, jista' jholl x'hin irid ilftehim ukoll jekk ix-xoghol ikun inbeda. Dan huwa jedd li jista' jigi ezercitat unilateralment, f'kull mument.

Fir-rigward tal-jedd tal-appaltant li jaghzel li jtemm il-kuntratt, il-ligi ma taghrafx bejn jekkkuntratt ta' kiri ta' xoghol u ta' industrija jkunx maghmul ghal zmien stabilit jew jekk ikunx maghmul ghal zmien indefinit jew minghajr terminu. Id-distinzjoni wahdanija maghmula mil-ligi taghna hija dwar jekk l-appaltant kellux raguni tajba jew le biex iwaqqaf lill-kuntrattur milli jkompli bix-xoghol.

Il-ligi tghid ukoll li hekk kif, min jaghti x-xoghol, jgharraf lill-appaltatur li jriditemm il-ftehim, dak l-avviz iservi biex iholl minnufih il-kuntratt, minghajr il-htiega ta' ebda konferma jew awtorizzazzjoni minn xi qorti.

Jidher ghalhekk li, meta l-appaltant jaghzel li jtemm qabel waqtu kuntratt ta' appalt u jaghti lill-appaltatur iz-zmien ta' avviz, ma tibqax aktar il-kwestjoni ta' jekk l-appalt intemmx jew le, imma biss jekk ir-raguni li ghaliha l-appaltant sejjisx l-ghazla tieghu fuq raguni tajba jew le biex iholl il-kuntratt. B'effett ta' ghazla bhal din jiddetermina jekk l-appaltatur ikollux jedd jitlob danni minhabba l-ghazla tal-appaltant.

Jekk il-kuntratt jinhall ghal raguni tajba, min jaghti x-xoghol huwa obbligat ihallas lill-appaltatur biss il-prezz tal-materjal li jkun intuza fix-xoghol li jkun lahaq gie konsenjat lil, u mizmum minn, min jaghti x-xoghol, liema prezz jithallas ukoll minn xi hlas akkont li l-appaltant ikun wettaq bil quddiemlill-appaltatur. Dan ghandu, min-naha tieghu, irodd lura lil min qabbdu jaghmel ix-xoghol dik il-parti mis-somma mhallsa lilu bil quddiem li tkun tisboq il-prezz tax-xoghol li lahaq sar u l-materjal uzat u moghti lill-appaltant.


Meta l-ligi ssemmi "raguni valida" wiehed irid jifhem din il-frazi fid-dawl tal-imgiba tal-appaltatur waqt l-ezekuzzjoni tal-appalt. Trid tkun raguni li tolqot direttament it-twettiq tar-rabta kuntrattwali tal-appaltatur mal-appaltant fis-sens tal-prestazzjoni (jew nuqqas taghha) tieghu taht il-kuntratt tal-appalt. "Raguni tajba", ghall-finijiet tal-artikolu 1640 tal-Kodici Civili ma tistax tinftiehem bhala "tajba ghall-appaltant ghax hekk jaqbillu". Li kieku dawk il-kelmiet kellhom jitfissru b'dak il-mod, ikunu jgibu fix-xejn id-dispozizzjonijiet ohrajn tal-istess artikolu dwar il-kumpens dovut lill-appaltatur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info