Reference: 220/2003

Judgement Details


Date
02/06/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
IL-PULIZIJA vs DR. FRANK PORTELLI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, ESPOSIZZJONI TAL-FATTI FIL-QOSOR FIR-RIKORS - PAGA, RESPONSABILITA` KRIMINALI GHALL-NUQQAS TA` HLAS TA` - FORMA TAT-TAHRIKA - PAGA, RESPONSABILITA` VIKARJA GHAL NUQQAS TA` HLAS TA`
Summary
Kif dejjem gie ritenut, bil-"fatti fil-qosor" ghall-finijiet tar-rikors ta' l-appell wiehed jifhem il-fatti saljenti tal-kaz, esposti b'mod car izda konciz, u b'tali mod li l-kontroparti tkun tista' tifhem fuqhiex ghandha tiddefendi ruhha jew tittratta u din il-Qorti tkun tista' ssegwi sewwa l-isvolgiment tal-kaz u tillimita d-dibattitu ghal dak li hu bzonnjuz u tirrikjedi l-iskjarimenti mehtiega.

Mhuwiex il-kompitu tal-Qorti li tipprova tara jekk il-fatti kif esposti mill-appellant b'modkonciz, li pero` mill-ewwel jaghtu l-indikazzjoni rikjesta ta' x'inhuma l-fatti allegati mill-appellant, humiex korretti jew le. Dik hija kwistjoni ta' mertu li jigi trattat waqt il-konsiderazzjonijiet dwar il-mertu tal-kaz. Ghalhekk din l-eccezzjoni hija michuda.

Kemm l-artikolu 42 tal-Kap135 (l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg - applikabbli ghall-kaz in ezami) kif ukoll l-artikolu 13 tal-Kap 249 (l-Att dwar l-Interpretazzjoni) joholqu r-responsabbilta` penali vikarja ta' direttur, manager, segretarju jew ufficjal iehor simili ta' korp jew ghaqda ta' persuni ghar-reatikommessi minn tali ghaqda jew korp.

Iz-zewg disposizzjonijiet jistabilixxu wkoll id-difiza li tista' tingieb 'il quddiem minn tali direttur, manager, segretarju, ecc. meta jigi msejjah biex iwiegeb ghar-reat kommess mill-imsemmija ghaqda jew korp. Pero` t-tahrika tohrog dejjem kontra l-imsemmi direttur, manager, segretarju ecc. f'ismu personalment, fis-sens li hu personalment irid iwiegebghall-akkuza u f'kaz ta' sejbien ta' htija u imposizzjoni ta' piena, tali piena, sia jekk pekunjarjasia jekk restrittiva tal-liberta` personali, tigi inflitta fuqu u tigi skontata minnu. Mill-banda l-ohra, meta l-prosekuzzjoni tkun qed tipotizza, kontra tali direttur, manager jew segretarju, reat kommess mill-ghaqda jew korp, u li ghalih hu jrid iwiegeb personalment, fl-imputazzjoni jew fl-akkuza- mhux fl-isem tal-imputat jew akkuzat, cioe` mhux fl-okkju tal-kawza - ghandu jkun hemm xi indikazzjoni li hu qed jigi msejjah iwiegeb ghal reat kommess mill-korp jew ghaqda; cioe`, ghandu jkun hemmxi indikazzjoni li hu qed jigi imharrek jew akkuzat minhabba r-responsabbilta` vikarja tieghu. Jekkmhux ghal xi haga ohra, tali indikazzjoni hi mehtiega sabiex l-imputat jew akkuzat ikun jista' jipprepara d-difiza tieghu: altru wiehed irid iwiegeb ghal reat kommess minnu stess, altru jekk irid iwiegeb ghal reat kommess minn haddiehor (f'dan il-kaz, mill-ghaqda jew korp).

Hawnhekk l-appellat ma giex imharrek f'isem dik il-kumpanija izda f'isem entita' li m'ghandhiex personalita` guridikau li m'ghandhiex ghalhekk relazzjoni guridika ma' l-impjegat. Certament il-pozizzjoni setghet tkundifferenti li kieku l-appellat gie msejjah biex iwiegeb ghal reati allegatament kommessi mill-kumpanija in vista ta' dak li jipprovdi l-artikolu 42 tal-Kap 135 li persuna tista' titqies responsabbli anke jekk "tidher li qed tagixxi f'xi kariga tali" msemmija fl-istess artikolu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info