Referenza: 240/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/05/2004
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA vs MIFSUD VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
REAT KONTRA L-FAMILJA U L-MORALI, PROSEKUZZJONI EX UFFICIO
Fil-Qosor
Il-Qrati taghna dejjem irritjenew illi l-fatt li f'delitt kontra l-familja u l-morali prosegwibbli biss fuq istanza privata dawn jirrikorru f'post pubbliku jew post espost ghall-pubbliku, jsiru prosegwibbli "ex officio" proprju ghaliex awtomatikament ikunu akkumpanjati b'reat li jolqot l-ordni pubbliku.

Skond il-gurisprudenza kostanti tal-Qrati taghna, meta l-istess fatt li jaghti lok ghall-stupru, l-attentat vjolent ghall-pudur jew il-korruzzjoni tal-minorenni isir f'post pubbliku jew espost ghall-publiku, b'mod ghalhekk li jikkonfigura wkoll ir-reat taht l-artikolu 209, l-azzjoni ghal dawk ir-reati ma tirrikjedix il-kwerela tal-parti privata u l-parti privata konsegwentement anqasma tista' bir-recess taghha twaqqa' dik l-azzjoni. U r-raguni hi ghax dawk ir-reati jkunu saru "flimkien ma reat iehor li jolqot l-ordni pubbliku" fit-termini tal-proviso tal-artikolu 544.

Majistax ikun hemm dubbju dwar jekk il-legislatur taghna jikkonsidrax atti oxxeni li joffendu l-morali pubblika ghax proprju kommessi fil-pubbliku, bhala reati kontra l-ordni pubbliku u fil-fatt dan masetghax jonqos. Infatti per ezempju, fit-termini tal-artikolu 338 (bb) tal-Kodici Kriminali ikun qed jikkommetti reat (kontravvenzjoni) kontra l-ordni pubbliku min jaghmel atti oxxeni fil-pubbliku jew joffendi l-morali, l-imgieba xierqa jew id-decenza pubblika anki jekk jikkomettihom meta jkun xurban. Multo magis ghalhekk, ghandu jigi argumentat li min imur oltre u jikkommetti reati ohra kontral-morali pubblika li huma konsiderati mill-ligi bhala delitti u ghalhekk bhala reati aktar serji u jikkommetti l-istess f'post pubbliku jew f'post espost ghall-pubbliku, ikun qieghed kontestwalment jikkommetti reat kontra l-ordni pubbliku.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni